Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 90 It-Tnejn, ta' Marzu, 2017 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali qorti kriminali u ċivili sentenzi tal-appell



Yüklə 60,24 Kb.
səhifə5/5
tarix15.08.2018
ölçüsü60,24 Kb.
#62701
1   2   3   4   5

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma te¿istix sistema elettronika li permezz tagħha tista’ tiġi elenkata l-informazzjoni estensiva li ġiet mitluba. Fl-aħħar ħames snin, mal-Pulizija biss ġew irreġistrati ħmistax-il elf, sebgħa mija u tlieta u għoxrin rapport ta’ inċidenti, li fihom hemm involuti aktar minn tnejn u tletin elf persuna. Dan barra minn inċidenti li ġew irreġistrati mat-Traffic Wardens u oħrajn illi ġew trattati permezz ta’ formoli f’incidenti ta’ Front to Rear Collisions.
Seduta 490

06/03/2017



PERSUNI INVOLUTI F’INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
31682. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?
01/03/2017

ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



JOBSPLUS – DOKUMENTI TAL-IDENTITÀ
31683. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30782, dwar l-użu tal-liċenzja tas-sewqan bħala forma ta' identifikazzjoni sabiex jinġabru dokumenti minn Jobsplus, u peress li l-Ministru qal li l-indirizz tar-residenza jkun meħtieġ, jista' l-Ministru jemenda l-prassi sabiex il-liċenzja tas-sewqan tkun rikonoxxuta bħala dokument ta' identifikazzjoni ġaladarba din fiha r-residenza mniżżla fuqha?
01/03/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-prassi adottata mill-Jobsplus hija li individwi li jingħataw servizz mill-korporazzjoni jridu juru ċertifikat ta’ identifikazjoni li jindika wkoll ir-residenza f’pajjiżna. Il-liċenzja tas-sewqan hija minnha nnifisha liċenzja u mhijiex ikkunsidrata bħala ċertifikat uffiċċjali ta’ identifikazzjoni. Għaldaqstant il-liċenzja tas-sewqan m’hijiex se tiġi kkunsidrata bħala dokument validu ta’ identifikazzjoni.
Seduta 490

06/03/2017



PULIZIJA - TAĦRIK LIL SIDIEN TA' ĦWIENET LI JIFTĦU IL-ĦADD
31687. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'kull distrett fil-ħidma tal-pulizija, b'referenza għar-regolamenti dwar il-ftuħ ta' ħwienet nhar ta' Ħadd, il-pulizija kemm sabet negozji li qed jiftħu nhar ta' Ħadd bi ksur tal-istess regolamenti rispettivi? Jista' jgħid kemm ħarku sidien ta' negozji f'Jannar u Frar 2017 rispettivament? Kemm kienu n-numru ta' dawn is-sidien li tħarku rispettivament minn kull distrett fl-organizzazzjoni tal-pulizija?
02/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul dan il-perjodu ma kienx hemm sidien ta’ ħwienet illi ġew imħarrka.
Seduta 490

06/03/2017



XIRI TA’ PROPRJETAJIET PRIVATI GĦAL SKOPIJIET PUBBLIĊI
31688. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29622 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?
02/03/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – SAFAR - NEFQA
31689. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 29615 u tgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (Travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ?X’safar għamlet il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kienet akkumpanjata? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjajjar f’dawn il-pajjiżi?
02/03/2017
ONOR. HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017




MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR - SAFAR
31690. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29864 u jgħid x’safar kellu bħala Ministru fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016, u min kienu l-persuni li akkumpanjawh (u jagħti l-ismijiet tan-nies)? Minn fejn inxtraw il-biljetti ta’ kull safra? X’kienu l-pagamenti li saru waqt dawn is-safriet għall-ikel u għall-ispejjeż ta’ trasport? X’kienu l-pagamenti ta’ xorb li tħallsu mill-Ministeru kemm jekk mil-lukandi kif ukoll minn postijiet oħra?
02/03/2017
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Seduta 490

06/03/2017




MIMCOL U MGI - ĦADDIEMA
31691. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30369 u jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li kien hemm fil-MIMCOL u l-Malta Government Investments (MGI) rispettivament, fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista' jgħid min huma l-ħaddiema li kienu reġistrati bħala impjegati tal-MIMCOL u MGI sal-aħħar tas-sena 2016, u ċjoè jgħid l-isem u designation tal-istess ħaddiema?
02/03/2017
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



MALTA ENTERPRISE – INVESTIMENT BARRANI
31692. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29868 u jgħid permezz tal-ħidma tal-Malta Enterprise x’investimenti barranin inġiebu f’pajjiżna fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll :

a) x’kien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali;

b) fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu;

c) kemm bdew iħaddmu persuni u kemm qed iħaddmu llum; u

d) x’kienet l-għajnuna finanzjarja li tat il-Malta Enterprise biex dawn l-industriji jiftħu f’pajjiżna?
02/03/2017
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



PENSJONIJIET
31703. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:

a) kemm hemm pensjonanti tal-Gvern li għandhom Pensjoni tas-Servizz li qed igawdu mill-€200 fis-sena kif tħabbret fil-Budget Speech 2017 paġna 20 tal-Ministru għall-Finanzi;

b) kemm-il sena jrid ikollu pensjonant li rtira ta` 61 sena li kien fuq skala 7 tal-pagi fis-sena 2000 biex jieħu dak kollu li kien ikkomuta mill-Pensjoni; u

c) biex wieħed jibda jgawdi minn parti ta' dawn il-€200 iridu jgħaddu diversi xhur għax ma jinħadmux malajr mill-ħaddiema tas-Servizz Soċjali u dawn il-flus jirċevuhom biss dawk li għandhom 'il fuq minn 72 sena?

Għalhekk meta se jibdew jingħataw minn Jannar bħala kumpens tal-għoli tal-ħajja?
02/03/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
In-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ servizz li bbenefikaw mill-miżura tal-€200 matul is-sena 2016 kien ta’ 4,550.
L-uniku tnaqqis li jsir mill-ammont ikkommutat mill-pensjoni ta’ servizz meta tkun qiegħda tiġi riveduta l-Pensjoni tal-Irtirar hu ta’ ħamsin fil-mija biss meta il-pensjonant jilħaq l-età ta’ 72 sena.
Kull sena dawk il-każijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura tal-€200 normalment jibdew jinħadmu għal ħabta ta’ Marzu wara li jkun tlesta x-xogħol fuq il-kumpens tal-għoli tal-ħajja lil pensjonanti kollha. Minn April ’il quddiem jibdew ħerġin il-pagamenti lil kull min ikollu dritt għal din iż-żieda. Din il-miżura jista’ jibbenefika minnha kull pensjonant li jirċievi pensjoni ta’ servizz u mhux dawk biss li jkunu laħqu l-età ta’ 72 sena
Seduta 490

06/03/2017




Yüklə 60,24 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə