Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 90 It-Tnejn, ta' Marzu, 2017 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali qorti kriminali u ċivili sentenzi tal-appell



Yüklə 60,24 Kb.
səhifə2/5
tarix15.08.2018
ölçüsü60,24 Kb.
#62701
1   2   3   4   5

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-2 ta’ Frar 2017 l-istudenti Għawdxin bdew isegwu l-lectures permezz tal-video conferencing jew skype.
L-uniċi drabi li ġew, jew se jkollhom jiġu, Malta huma fil-21 ta’ Frar u fl-4 t’April minħabba sessjonijiet ta’ prattika fid-drama.

Biex setgħu jsiru dawn is-sessjonijiet l-Università qed tagħmel użu ta’ Teaching Assistant impjegata apposta, li tikkoordina s-sessjonijiet u tgħin lill-istudenti li jkunu qed isegwu l-lectures fiċ-ċentru tal-Università ta’ Għawdex.


Seduta 490

06/03/2017



DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – SINGLE PARENTS
31352. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta' single parents f'Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Kemm minn dawn jirrisjedu f'Għawdex? Kemm huwa n-numru totali ta' tfal li qed jittrabbew minn dawn is-single parents?
20/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ Single Parents f’Malta u f’Għawdex reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt.


 

Malta

Ghawdex

Total Malta u Ghawdex

 

Single Parents

Numru ta' Tfal

Single Parents

Numru ta' Tfal

Single Parents

Numru ta' Tfal

Nisa

9,140

13,061

396

574

9,536

13,635

Irġiel

2,797

3,970

139

203

2,936

4,173

Total

11,937

17,031

535

777

12,472

17,808

Seduta 490

06/03/2017

KAŻIJIET TA’ SUWIĊIDJI
31353. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru stabbilit ta' suwiċidji li seħħew f'Malta u f’Għawdex fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena? Kemm minn dawn seħħew f'Għawdex f’kull sena?
20/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ suwiċidji rrapurtati huwa kif ġej;


Sena

Malta

Għawdex

Total

2012

24

2

26

2013

21

1

22

2014

30

1

31

2015

34

2

36

2016

20

1

21

Total

129

7

136

Seduta 490

06/03/2017

AWTORITÀ DWAR L-AMBJENT – UFFIĊĊJU F’GĦAWDEX
31354. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Ambjent għandhiex uffiċċju tagħha f'Għawdex li huwa separat minn dak tal-Awtorità għall-Ippjanar? Jekk iva, fejn jinsab dan l-uffiċċju? L-istess Awtorità dwar l-Ambjent għandha numri tat-telephone speċifiċi tagħha għall-Uffiċċju ta' Għawdex?
20/02/2017
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-uffiċċju tal-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi qiegħed f’binja komuni ma' l-Awtorita’ tal-Ippjanar, iżda ż-żewg Awtoritajiet jużaw uffiċini separati. L-uffiċċji ta’ l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi għandhom linji tat-telefon diretti u ddedikati għalih.
Seduta 490

06/03/2017



BDIEWA GĦAWDXIN – SECOND CLASS WATER - PROĠETT
31355. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma?
20/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjant ta’ Għawdex, li huwa wieħed minn tlett proġetti tan-newwaterfil-gżejjer Maltin, jinsab fi stat avvanzat fejn l-impjant huwa diġa’ nstallat u se jiġi kkummissjonat.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – CONTRACTS FOR SERVICE
31356. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29882 u jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
20/02/2017
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Seduta 490

06/03/2017



AWTORITÀ TAD-DJAR – TISWIJIET LILL-INKWILINI
31395. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità tad-Djar biex isiru tiswijiet lill-inkwilini li qegħdin f’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet fl-2016? Jista’ jgħid ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2016, l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi tiswijiet kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib u tisbieħ fil-komun, bjut u faċċati fi blokki ta’ appartamenti u proprjetajiet oħra residenzjali mikrija mingħand il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar. Dawn ix-xogħlijiet, li kienu mifruxa f’madwar 590 blokk jew proprjeta’ fi 43 lokalita’ differenti, laħqu spiża ta’ madwar €1.8 miljun.
Seduta 490

06/03/2017



DAR PAPA FRANĠISKU – KLIJENTI - IKEL
31396. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm imorru jieklu klijenti bejn wieħed u ieħor f’Dar Papa Franġisku li nfetħet is-sena li għaddiet? Min huma l-persuni li qed jużaw dan is-servizz?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mit-18 ta’ Lulju 2016, jiġifieri minn meta nfetħet id-Dar Papa Franġisku, sal-aħħar ta’ Jannar 2017, in-numru ta’ kuntatti mas-servizz tal-ikel, kien ta’ 258. Dan in-numru jinkludi t-total ta’ drabi li l-klijenti kielu u mhux in-numru ta’ klijenti.

Dawn il-persuni huma nies bi problemi ta’ vizji varji, nies bi problemi ta’ saħħa mentali, persuni waħedhom, u nies barranin li ġejjin mill-Afrika jew mil-Lvant.


Seduta 490

06/03/2017



DAR PAPA FRANĠISKU – KLIJENTI - RQAD
31397. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li jorqdu Dar Papa Franġisku b’mod regolari u x’inhu l-ammont ta’ barranin li jużaw dan is-servizz?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ drabi li klijenti raqdu Dar Papa Franġisku mit-18 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kien ta’ 286.

Minn dan in-numru, kien hemm 54 barranin li raqdu ġewwa d-dar għall-istess perjodu.


Seduta 490

06/03/2017



XELTER DAR MARIA DOLORES - KLIJENTI
31398. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għax-Xelter Dar Maria Dolores li nfetaħ f’Diċembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qegħdin jużaw dan is-servizz u x’kienet ir-raġuni li kellhom jużaw dan is-servizz?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mid-29 ta’ Diċembru 2016 sat-23 ta’ Frar 2017 in-numru ta’ drabi li l-klijenti ta’ Dar Maria Dolores raqdu f’din id-dar kien ta’ 22. Dawn l-individwi huma kollha vittmi ta’ droga u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Seduta 490

06/03/2017



BINJIET – ENERGY EFFICIENT
31399. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex il-binjiet il-ġodda li se jinbnew dalwaqt ikunu energy efficient?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ser jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-binjiet il-ġodda li ser jinbnew ikunu energy efficient, u dan permezz ta’ materjal adekwat u wkoll kostruzzjoni u stil, speċjalment fl-aperturi esterni u s-soqfa, li jippermettu li l-binjiet ikkonċernati ma jaħlux enerġija.
Seduta 490

06/03/2017



BINJA BUQANA - PROĠETT
31400. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata Binja Buqana?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol fuq Binja Buqana nbeda f’Diċembru li għadda u miexi skont il-pjan li tħejja. Sar diġa xogħol estensiv fuq it-travi fis-sotterran tat-tlett blokok u ġew investigati wkoll diversi pilastri sabiex isir magħruf x’hemm taħt il-wiċċ tal-art. Tħejjew id-disinji tal-interventi li jridu jsiru fuq il-bażijiet ta’ dawn il-pilastri kif ukoll id-disinji tal-pilastri l-oħra li jridu jiġu msaħħa. Ser jibda dalwaqt x-xogħol fuq it-terazzini tal-binja billi jinqala’ l-madum u tiġi ndirizzata l-problema fejn l-ilma qed jidħol fl-istruttura tal-binja u li qed jikkaġuna ħafna ħsara. Kif kien mistenni, skoprejna problemi ġodda li ma stajniex inkunu nafu bihom qabel iżda li kienu fil-pjan ta’ kontinġenza li ħejjejna.

Ninnota bi pjaċir li r-residenti huma ferm rikonoxxenti għal fatt li l-Gvern preżenti daħal għal din il-biċċa xogħol skabruża, kkaġunata mill-irresponsabilta tal-Gvern preċedenti li ma ndirizzax nuqqasijiet kbar li kienu għaddejjin u li kienu ġew notifikati lilu diversi drabi. Riżultat tal-irresponsabilita’ tal-Gvern preċedenti, l-ispiża kollha ser tinġarr mill-Gvern preżenti minflok mill-persuni responsabbli, minħabba li l-azzjoni ma ttieħditx fil-ħin li nġibdet l-attenzjoni tal-problemi strutturali.

Bi pjaċir ninforma lil din il-Kamra li hemm kollaborazzjoni sħiħa mir-residenti matul dan il-proċess li fih qed isiru x-xogħlijiet ferm bżonnjużi.
Seduta 490

06/03/2017



GĦAWDEX - MATERJAL/PUBBLIKAZZJONIJIET MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT RESPONSABBLI MILL-ANZJANITÀ ATTIVÀ U PERSUNI B'DIŻABILITÀ
31403. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Filwaqt li l-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31265 għamel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264 u peress li l-Ministru naqas li jpoġġi l-materjal rikjest fuq il-Mejda tal-Kamra għall-istess mistoqsija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet (b’kollox 14-il pubblikazzjoni) li għalihom għamel referenza fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Seduta 490

06/03/2017



RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - GENERATOR
31404. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul li bejn is-7 u t-8 ta’ Frar 2017 effettivament spiċċaw bla dawl, għax jew kienu bla ġeneraturi inkella għax il-ġeneraturi li hemm stallati fl-istess residenza ma ħadmux kollha?
21/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31268.
Seduta 490

06/03/2017



BORD TAL-FOSTERING - PRASSI
31455. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prassi li ilha tintuża għal numru ta' snin fir-rigward li l-Bord tal-Fostering minbarra f'Malta jiltaqa' ukoll regolarment fil-gżira Għawdxija issa twaqqfet ħesrem fuq deċiżjoni taċ-chairperson b'riżultat li din id-deċiżjoni qed toħloq inkonvenjent għall-foster carers li jgħixu f'Għawdex?
22/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fostering qatt ma tella’ laqgħat ġewwa Għawdex.
Seduta 490

06/03/2017



DAR TAL-ANZJANI TAL-MOSTA – INKJESTI DWR NUQQASIJIET
31456. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti relatati mal-inkjesti li saru dwar nuqqasijiet li saru jew allegatament saru fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta?
22/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904 u ninfurmah illi m’għandi xejn iżjed xi nżid ma’ dik ir-risposta.
Seduta 490

06/03/2017



DAR TAL-ANZJANI TAL-MOSTA – ĦADDIEMA - XHIEDA
31457. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħaddiema li jaħdmu fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, li ssejħu fl-Uffiċini tad-Dipartiment tal-Anzjani sabiex jagħtu l-veduti/xhieda tagħhom dwar il-fatt li fl-istess dar, għal numru ta' ġimgħat, l-anzjani residenti ripetutament kienu qed jużaw l-istess frieket u skieken tal-plastik minflok ma jintremew u jintużaw oħrajn ġodda?
22/02/2017


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904 u ninfurmah li m’għandi xejn iżjed xi nżid ma’ dik ir-risposta.
Seduta 490

06/03/2017



GĦAJNUNA MINN CSD GĦAT-TINDIF FIL-LOKALITÀ TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR
31472. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-għajnuna li ngħatat mill-Cleansing Service Directorate (CSD) fejn jidħol tindif fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm hi stmata li tiswa din l-għajnuna? Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-għajnuna fis-snin 2015 u 2016?
22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tindif jagħti għajnuna kontinwa matul is-sena kollha lill-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar.
Ta’ kuljum isir ġbir ta’ skart u knis ta’ toroq tul il-promenade kollha, l-pjazza ta’ Buġibba, Triq it-Turisti kif ukoll fiż-żona tal-Bus Terminus. Dan ix-xogħol isir ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, is-sena kollha.
Apparti hekk jiġu offruti diversi servizzi ta’ emergenza f'kull ħin tal-ġurnata, ġbir ta’ annimali mejta kif ukoll ħasil ta’ toroq matul ix-xhur tas-Sajf.
Dan ix-xogħol huwa stmat li jiġi jiswa lid-Direttorat għat-Tindif iktar minn €200,000 fis-sena.
L-ispiża konnessa mal-lokalità fl-2015 kienet ta’ €183,365 filwaqt li matul is-sena 2016 ġiet tiswa €209,654.
Seduta 490

06/03/2017



TINDIF TA’ BAJJIET
31473. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet ta’ tindif hemm fejn jirrigwarda tindif ta’ bajjiet għal matul is-sajf li ġej?
22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fil-ġranet li għaddew sar pjan estensiv sabiex titneħħa l-ammont ta’ alka rekord li telgħet fuq il-bajjiet ramlin fix-xhur li għaddew, b'konsegwenza ta’ diversi maltempati li laqtu lill-pajjiżna.
Dan ser isir bi pjan organizzat, u li ser ikun lest fil-ħin għal meta jibda l-istaġun tas-Sajf.
Iktar minn hekk din is-sena għall-ewwel darba il-ħaddiema kollha tas-sezzjoni tal-bajjiet ser ikunu qed jaħdmu b'shift.

Wara li kien sar proġett pilota, permezz ta’ introduzzjoni ta’ shift fil-bajja tal-Mellieħa matul is-sena li għaddiet, dan irriżulta fil-pożittiv u għalhekk ġie estiż dan il-proġett għal fuq il-bajjiet kollha ta’ pajjiżna.


Bħalissa ninsabu fil-fażi konklusiva tal-manutenzjoni ta’ slielem u għamara oħra tal-baħar, li matul din is-sena din l-infrastruttura sofriet madwar €25,000 permezz ta’ irjieħat qawwija li laħqu lill-pajjiżna.


Infakkar ukoll li matul is-sena li għaddiet sar investiment f'opra tal-baħar għall-ewwel darba, u dan ser ikun l-ewwel Sajf li din l-opra tal-baħar ser tkun qed tintuża mill-bidu tal-istaġun.

Ser jiżdiedu ukoll l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart f'diversi bajjiet, sabiex il-pubbliku jkollu fejn jiddisponi mill-iskart tiegħu.


Seduta 490

06/03/2017



CSD – KAŻIJIET TA’ ILMENTI
31474. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ każijiet ta’ lmenti li rċieva l-Cleansing Service Directorate (CSD) matul l-2016? Kemm minn dawn ġew solvuti mill-:

a) CSD?


b) Kunsill Lokali?

c) entitajiet oħra?


22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul is-sena 2016 ġew reġistrati 2,943 każ fid-Direttorat għat-Tindif.
Dawn ġew solvuti kif ġej :
Direttorat għat-Tindif 2,651

Kunsilli Lokali 137

Entitajiet oħra 57
In-numru ta’ każijiet li għadhom pendenti jammontaw għal 98. Fil-maġġor parti tagħhom dawn huma każijiet li jikkonċernaw żoni li s-sid tagħhom huwa l-privat. Nista’ ngħid li kollha qed jiġu segwiti u żgur li ser ikunu solvuti fil-jiem li ġejjin.
Seduta 490

06/03/2017



MARSASKALA - GROUND TAL-FUTBOL - XOGĦOL
31475. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jelenka fuq il-preparamenti tax-xogħol fuq il-ground tal-Football propost f’Marsaskala u f’liema stadju waslu?
22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar u din ġiet rakkomandata għall-approvazzjoni mill-case officer. Il-każ instema’ mill-bord nhar it-28 ta’Frar, 2017. Sadanittant ġiet pubblikata is-sejħa għall-offerti u din għandha tagħlaq fis-7 ta’ Marzu 2017. Id-direttorat tal-PARKS beda l-proċess biex jaqla’ xi siġar affettwati mill-proġett u jinżergħu f’bnadi oħra amministrati minnu.
Seduta 490

06/03/2017



BELT VALLETTA – FUNTANA TA’ TRITONI - XOGĦOL
31476. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jelenka fuq il-preparamenti tax-xogħol dwar il-funtana ta’ Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta?
22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-restawr tal-funtana tat-Tritoni huwa proġett maħsub biex jerġa’ jagħti ħajja lill-funtana billi jsiru bosta xogħolijiet li kienu ilhom meħtieġa għal għexieren ta’ snin. Kien proprju f’din il-leġiżlatura li saru n-negozjati meħtieġa biex ix-xogħol li huwa maħsub jiswa’ EUR 4 miljun seta’ jinbeda.Huwa maħsub li jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.
F’din il-fażi x-xogħolijiet prinċipali jinkludu dan li ġej:
· Iż-żarmar u r-restawr tal-figuri tat-Tritoni u l-plattin, li infatti ġja’ ittieħdu fil-Fonderia Artistica Ferdinando Marinelli ġewwa Firenze, l-Italja. Hemmhekk tneħħielhom il-konkos li kien jimla’ parti mill-figuri u sar sand blasting fuqhom bħala parti mir-restawr. Bħalissa qed ikun mistħarreġ l-aqwa trattament għar-restawr tagħhom. Qed ikun esplorat ukoll l-aqwa metodu sabiex isir il-plattin li jserraħ fuq idejn it-Tritoni.

· Ir-restawr tat-travertin, li jifformaw id-dawra dekorattiva tal-funtana. Tali xogħol qed isir wara li sar ittestjar tal-aqwa formula maħsuba li taqla’ kimiċi minn mat-travertin li tul iż-żmien neħħew ħafna mis-sbuħija ta’ din il-funtana.

· Qiegħed isir ukoll it-tħammil meħtieġ fil-parti fejn qabel kien hemm il-latrina pubblika bil-għan li ssir plant room maħsuba li tagħti s-servizzi mekkaniċi u elettriċi lill-funtana permezz ta’ tunnel li jgħaqqad il-plant room mal-funtana. Dan ix-xogħol qiegħed jitwettaq ukoll taħt il-ħarsien tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bil-għan li x-xogħolijiet isiru f’rispett sħiħ lejn l-istrutturi ta’ valur storiku.
L-Inġinier Joseph Scicluna qiegħed iservi bħala Project Manager għal dan il-proġett u qed isir monitoraġġ kontinwu bil-għan li x-xogħol li jsir ikun wieħed li jilħaq il-kwalita’ mistennija u jsir fiż-żmien previst.
Seduta 490

06/03/2017



XATT TAL-QAJJENZA - XOGĦOL
31477. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tax-Xatt tal-Qajjenza?
22/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat max-xatt tal-Qajjenza f’Birżebbuġa jinsab fil-fażi ta’ l-implementazzjoni. Ix-xogħolijiet li għaddejjin bħalissa huma tqiegħid ta’ servizzi u kostruzzjoni ta’ bankini taħt is-supervizjoni ta’ Transport Malta. It-tieni fażi tal-proġett, man-naħa tal-bankina tal-bajja tinkludi f’pavimentar u ‘soft furniture’ li se tinbeda f’Ottubru ta’ din is-sena kif pjanat fil-programm ta’ xogħlijiet.
Seduta 490

06/03/2017



Yüklə 60,24 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə