Mistoqsijiet Parlamentari
Seduta Nru. 431
It-Tlieta, 25 ta' Ottubru, 2016 fis-6:00 p.m.
MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI
DIRETTORAT GĦAT-TINDIF – XIRI TA’ MAKKINARJU
26944. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ makkinarju nxtara mid-Direttorat għat-Tindif matul is-sena 2016?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għat-Tindif kompla jżid il-makkinarju billi inxtraw :
2 vannijiet
1 wheelie bin washer
1 dinghy
1 pedestrian sweeper
1 multi function scrubber
Inxtraw ukoll diversi muturi magħrufa bħala grass cutters, chain saws kif ukoll vacuum blowers.
Seduta 431
25/10/2016
TINDIF FIŻ-ŻONI TURISTIĊI – PJANIJIET GĦALL-FUTUR
26945. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-futur immedjat sabiex ikun hemm iktar tindif fiż-żoni turistiċi?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jaghmel dak kollu possibli sabiex ikun hawn l-iktar livell ta’ indafa f’kull ħin fil-pajjiż. Huwa importanti ħafna li l-pubbliku jikkopera mal-Gvern sabiex il-lokalitajiet kollha jinżammu nodfa. Minn naħa tagħna lesti li nibqgħu nagħtu kull kontribut possibli sabiex ikun hawn iktar tindif. Hemm il-ħsieb li ż-żoni li jitnaddfu mid-Direttorat għat-Tindif preżentament jiġu estiżi sabiex jintlaħaq iktar żoni. Għaddejja ħidma kontinwa biex nedukaw lill-poplu u nżidu l-infurzar meħtieġ biex jitnaqqas l-abbuż.
Seduta 431
25/10/2016
DIRETTORAT GĦAT-TINDIF – ILMENTI
26946. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom ġew solvuti minn CSD, minn kunsilli lokali u minn entitajiet oħra?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, li n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li ġew introdotti, huwa kif ġej :
Numru ta’ każijiet 1366
Każijiet solvuti 1341
Każijiet pendenti 25
_________________________________________
Każijiet solvuti minn CSD 1257
Każijiet solvuti minn Kunsilli Lokali 55
Każijiet solvuti minn entitajiet oħra 29
Minn dawn il-figuri jidher li 98.2% tal-każijiet huma solvuti.
Seduta 431
25/10/2016
DIRETTORAT GĦAT-TINDIF – ĠBIR TA’ ĦUT MEJJET
26947. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ssejħu l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif sabiex jinġabar xi ħut mejjet li jasal fuq ix-xtut Maltin xahar b’xahar matul din is-sena? Kif jikkompara dan l-ammont mas-snin preċedenti?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan is-sajf il-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġew imsejjħa 29 darba sabiex jinġabar xi tip ta’ ħut mejjet minn fuq il-kosta ta’ pajjiżna.
Seduta 431
25/10/2016
LATRINI PUBBLIĊI – ĦINIJIET TA’ FTUĦ
26948. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-latrini pubbliċi li huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali li jibqgħu miftuħa wara l-ħinijiet normali waqt ix-xhur tas-Sajf? Sa x’ħin idumu miftuħa dawn il-latrini pubbliċi?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jibqgħu miftuħin wara l-ħinijet normali huwa kif ġej :
Valletta - Barrakka ta’ fuq
Mdina – Howard Gardens
Birgu – Xatt ir-Risq
Dan is-servizz iġib spiża addizzjonali ta’ € 9,309 għal matul ix-xhur tas-sajf.
Seduta 431
25/10/2016
IL-BELT – BUS TERMINUS – TINDIF FIŻ-ŻONI
26949. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ nterventi ta’ tindif qed isiru fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta huwa kif ġej :
Tindif filgħodu (mis-6.00am ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif wara nofsinhar ( mill-4.00pm ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif matul il-lejl (mill-11.00pm ‘l quddiem)– Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif u ħasil permezz ta’ power wash matul il-lejl (mis-2.00am ‘l quddiem) 3 darbiet fil-ġimgħa
Dan is-servizz jgħin ferm sabiex l-ambjent fiż-żona tad-daħla tal-Belt Valletta jkun wieħed li jilqa’ lil kull min iżurha.
Seduta 431
25/10/2016
MIŻURI DIĠITALI BIEX TITNAQQAS IL-BUROKRAZIJA JEW TĦAFFEF IL-PROĊESSI TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PUBBLIKU
27020. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku.
Seduta 431
25/10/2016
MCAST – INVESTIMENT LI SAR B’FONDI EWROPEJ
27021. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-MCAST f'dawn l-aħħar tliet snin?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin l-MCAST ibbenefika minn seba’ proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Dawn kienu:
· ERDF 164 - Development of Applied Science and Business and Commerce Institutes
· ESF 1.33 - Increasing ICT Student Capacity in Malta
· ESF 1.36 – Professional Development Programmes for MCAST Staff and Student’s Top-Up Degrees
· ESF 1.130 - Making VET Education More Relevant and Attractive
· ESF 2.139 - Increasing Accessibility, Flexibility and Innovation to MCAST Life-Long Learning Course Offer
· ESF 2.85 - Linking Industrial Needs and VET to Optimise Human Capital
· ESF 3.102 – Inclusion for Employment
Informazzjoni iktar dettaljata ta’ dawn is-seba’ proġetti qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 431
25/10/2016
L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA – INVESTIMENT LI SAR B’FONDI EWROPEJ
27022. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-Università f'dawn l-aħħar tliet snin?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-proġetti fl-Università ta’ Malta li se nsemmi ġew iffinanzjati permezz ta’ fondi ewropej:
1. An Electronic System Prototyping Facility at the University of Malta: B’dan il-proġett l-Università investit f’sistema fejn l-istudenti jistgħu jaraw il-proċess kollu ta’ kreazzjoni u saħansitra jikkrejaw ‘circuit boards’ elettroniċi mid-disinn sal-manifattura tagħhom.
2. MEMS Characterisation Facility: Din il-faċilità tipprovdi infrastruttura għal riċerka fiċ-ċipep mikroelettro mekkaniċi. Eżempju ta’ dawn iċ-ċipep jintużaw fil-‘mobiles’ u t-‘tablets’ biex jiddeterminaw l-orjentazzjoni tal-iskrin.
3. Strengthening of the Organic, Inorganic and Physical Chemistry Facilities: Dan il-proġett kien estensjoni ta’ proġett simili biex jitkabbru l-faċilitajiet fid-dipartiment tal-kimika speċjalment f’oqsma ta’ ‘nanotechnology’ u ‘supramolecular chemistry’.
4. Expanding the Physics and applied interdisciplinary research capabilities at the Faculty of Science: Dan l-investiment ipprovda faċilitajiet ġodda fil-qasam ta’ l-istudji fiżiċi sabiex titkabbar ir-riċerka f’oqsma bħall-Ġeofiżika, il-fiżika fil-qasam tas-saħħa u l-fiżika fil-qasam ambjentali.
5. Solar Research Lab: Din il-faċilità hija kumpless ta’ laboratorji fejn fiha ssir riċerka fuq enerġija rinovabbli mix-xemx. Din il-faċilità hija waħda unika fil-Mediterran u għalhekk hija mistennija li tiġbed numru ta’ riċerkaturi fil-qasam.
6. High-Efficiency High-Density Photovoltaic Systems: L-Università investit f’sistema ta’ pannelli fotovaltajiċi fuq il-binjiet ta’ l-Università bħala parti mill-inizjattiva li l-Università ħadet f’dawn l-aħħar disa’ snin biex tnaqqas il-konsum ta’ enerġija tagħha.
7. LED Lighting for Reduced Carbon Footprint: Dan il-proġett huwa fuq l-istess linja tal-proġett imsemmi f’numru 6.
Seduta 431
25/10/2016
MCST - INVESTIMENT LI SAR B’FONDI EWROPEJ
27023. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-MCST f'dawn l-aħħar tliet snin?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-investiment li sar b’fondi ewropej f’dawn l-aħħar tliet snin u li l-benefiċjarji tiegħu huma l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) hu kif se nsemmi:
ESF 4.152: Capacity Building għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Spiża: €250,763.
Data tal-bidu: 2011
Data tat-tmiem: 2015
Sommarju tal-proġett: L-għan tal-proġett huwa li jtejjeb il-ħiliet kurrenti u jiżviluppa kompetenzi ġodda, kif ukoll li jkattar il-bażi ta' għarfien u l-livell ta' expertise tal-istaff tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-korsijiet għandhom jagħmlu l-istaff tal-MCST esperti f'numru ta' oqsma relatati mar-responsabbiltajiet tal-MCST bħal popolarizzazzjoni tax-xjenza, animazzjoni u komunikazzjoni. Dan l-expertise jiġi mantnut permezz ta' korsijiet tad-dħul għall-impjegati tan-National Interactive Science Centre (NISC).
ERDF 311: National Interactive Science Centre (NISC)
Spiża tal-Proġett: Baġit totali ta' €26 miljun li €14-il miljun huma eliġibbli li jittieħdu minn fondi tal-UE u 12-il miljun minn fondi tal-Gvern ta' Malta. Il-proġett se jkopri medda ta' 12,500 m². Il-baġit totali huwa maqsum kif ġej:
€14-il miljun fuq restawr, bini, servizzi, finituri u kkummissjonar
€6 miljuni għall-esebiti ta' xjenza interattiva
€6 miljuni għal servizzi li jikkumplimentaw ix-xogħlijiet t'hawn fuq
Data tal-bidu: 2013
Data tat-tmiem: 2016
Deskrizzjoni tal-proġett: In-National Interactive Science Centre (NISC) se jipprovdi infrastruttura permanenti state-of-the-art fejn studenti, għalliema u l-pubbliku inġenerali jkunu jistgħu jidħlu f'esperjenza xjentifika interattiva diretta ġewwa faċilità għat-tagħlim informali. L-għan huwa li jressaq ix-xjenza eqreb lejn l-udjenza partikolari u biex jitkattar l-għadd ta' studenti li jieħdu suġġetti xjentifiċi fil-livell sekondarju. Fuq medda itwal ta' żmien, dan għandu jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-professjonisti fix-Xjenza u t-Teknoloġija, u b'hekk Malta tingħata l-kapital uman tant meħtieġ li jsostni ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għerf.
Seduta 431
25/10/2016
AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ – INVESTIMENT LI SAR B’FONDI EWROPEJ
27024. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-Aġenzija Żgħażagħ f'dawn l-aħħar tliet snin?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fondi Ewropej intużaw minn Aġenzija Żgħażagħ għal numru ta’ servizzi, programmi u proġetti kif se nsemmi:
· Is-servizz ta’ Outreach u Detached work fil-Kottonera, ir-reġjun Xlokk u fil-Belt
· Il-programm Youth.inc.
· Il-proġetti tad-Djalogu Strutturat li jagħtu vuċi liż-żgħażagħ
· Il-proġetti ta’ Youth Exchanges
· Il-programmi ta’ taħriġ u capacity building tal-youth workers.
Seduta 431
25/10/2016
LITERACY AND INFORMATION SUPPORT UNIT
27025. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħidma matul dawn l-aħħar tnax-il xahar tal-Literacy and Information Support Unit?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Literacy and Information Support Unit (LISU) tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bdiet topera f’Jannar 2016. Minn dakinhar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 wettqet ħafna ħidma li kienet tinkludi: għajnuna lill-iskejjel li xtaqu jixtru kotba għal-libreriji tagħhom kemm f’dik li hija għażla tal-kotba kif ukoll fil-proċess ta’ xiri; sar ‘weeding ta’ libreriji tal-iskola; saru diversi laqgħat mal-kapijiet u mal-għalliema librara; ftuħ tal-libreriji tal-iskejjel sekondarji u medji fix-xhur tas-sajf 2016 bħala parti mill-programm ‘Aqra fis-Sajf’; tħejjijiet għas-serata ta’ premjazzjoni tal-Promoturi tal-Qari; xiri ta’ kotba għal kull skola medja, sekondarja u postsekondarja; titjib tas-‘software’; sapport fejn jidħol it-tqassim tal-librerija, ix-xiri ta’ riżorsi u proċeduri tal-librerija; xogħol fuq il-binja li se sservi bħala uffiċini tal-LISU; tqassim ta’ kotba biex jintużaw mill-għalliema tal-Malti bħala parti mill-iskema ‘L-Għodda f’Idejk', kif ukoll saru laqgħat regolari mal-entità Libreriji Maltin biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-libreriji tal-iskejjel u l-libreriji pubbliċi.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’iktar dettal tal-ħidma li wettqet il-Literacy and Information Support Unit mill-bidu tal-operat tagħha sal-aħħar ta’ Awwissu 2016.
Seduta 431
25/10/2016
TWELID TA’ TRABI MINN OMMIJIET TA’ INQAS MINN 20 SENA U AKTAR MINN 40 SENA
27247. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-ommijiet ta' inqas minn 20 sena u ta’ iktar minn 40 sena, b’mod separat, bejn l-2006 u matul l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
04/08/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2006 u l-2015 kien hemm 2,180 tarbija li twieldet lill-ommijiet ta' inqas minn 20 sena u 594 tarbija li twieldet lill-ommijiet ta’ iktar minn 40 sena. Għal-aktar informazzjoni, sena b’sena nitlobu biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt.
Year
|
Births to mothers <20 years
|
Births to mothers >40 years
|
2006
|
237
|
55
|
2007
|
248
|
49
|
2008
|
276
|
65
|
2009
|
281
|
49
|
2010
|
256
|
36
|
2011
|
219
|
56
|
2012
|
212
|
72
|
2013
|
165
|
54
|
2014
|
152
|
74
|
2015
|
134
|
84
|
Total
|
2180
|
594
|
Seduta 431
25/10/2016
SPTAR MATER DEI – DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA - KURA
27248. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b’mod separat? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu irgiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
04/08/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’ hawn taħt:
2013
|
<15 yrs
|
16-60yrs
|
>61
|
Total
|
|
|
|
|
|
Irġiel
|
85
|
839
|
119
|
1043
|
Nisa
|
57
|
546
|
83
|
686
|
Total
|
142
|
1385
|
202
|
1729
|
2014
|
<15yrs
|
16-60yrs
|
>61
|
Total
|
|
|
|
|
|
Irġiel
|
46
|
599
|
93
|
738
|
Nisa
|
39
|
416
|
74
|
529
|
Total
|
85
|
1015
|
167
|
1267
|
2015
|
<15 yrs
|
16-60yrs
|
<61
|
Total
|
|
|
|
|
|
Irġiel
|
40
|
432
|
62
|
534
|
Nisa
|
55
|
598
|
130
|
783
|
Total
|
95
|
1030
|
192
|
1317
|
Seduta 431
25/10/2016
CHILDCARE CENTRES - ĦLASIJIET
27249. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?
04/08/2016
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa peress li għadhom qed jiġu pproċessati il-formoli tat-Taxxa għas-sena 2015. Id-Dipartiment ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni għal bidu ta’ Novembru, 2016.
Seduta 431
25/10/2016
KAŻIJIET TA’ KUNTRABANDU TA’ SIGARETTI, XORB U AFFARIJIET OĦRA
27250. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, matul l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf ta’ kull qabda?
04/08/2016
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 431
25/10/2016
TWELID TA’ TRABI
27251. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u f’Għawdex bejn is-sena 2000 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u maqsuma bejn bniet u subien?
04/08/2016
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Seduta 431
25/10/2016
15>15>20>
Dostları ilə paylaş: |