Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru



Yüklə 21,59 Kb.
tarix11.04.2018
ölçüsü21,59 Kb.
#37981




REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru .../...

XXX

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tat-Terra (E 553b) u tax-Xama' tal-Karnawba (E 903) fuq bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar u l-użu tax-Xellak (E 904) fuq bajd mhux imqaxxar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel1, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:


  1. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom.

  2. Dik il-lista tista' tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel2.

  3. Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista' tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

  4. Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tat-Terra (E 553b) u tax-Xama' tal-Karnawba (E 903) fuq bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar u l-użu tax-Xellak (E 904) fuq bajd mhux imqaxxar, u saret disponibbli għall-Istati Membri.

  5. Meta użati fuq wiċċ il-bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar, l-addittivi tal-ikel Terra (E 553b), Xama' tal-Karnawba (E 903) u Xellak (E 904) jistgħu jżejnu billi joħolqu effett xi ftit jew wisq ta' tlellix. Barra minn hekk, ix-Xellak (E 904) jista' jikkontribwixxi għal preservazzjoni aħjar tal-bajd mgħolli kollu li mhux imqaxxar meta jintuża fuq il-wiċċ tiegħu.

  6. Dawk l-additivi tal-ikel mhumiex mistennija li jippenetraw fil-parti ġewwinija edibbli tal-bajda minħabba l-insolubbiltà tagħhom u l-piż molekulari għoli tagħhom. L-użu ta' dawn l-addittivi tal-ikel x'aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem peress li x-xama' tagħhom tibqa' fuq il-qoxra tal-bajda. Għalhekk huwa xieraq li t-Terra (E 553b) u x-Xama' tal-Karnawba (E 903) jitħallew jintużaw fuq bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar, u x-Xellak (E 904) jitħalla jintuża fuq bajd mgħolli mhux imqaxxar kemm ikkulurit kif ukoll mhux ikkulurit.

  7. Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x'aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem.Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tat-Terra (E 553b), ix-Xama' tal-Karnawba (E 903) u x-Xellak (E 904) fuq bajd mgħolli mhux imqaxxar tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma tħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

  8. Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta' Novembru 2011 li jemendaw l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxu lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel3, l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kondizzjonijiet tal-użu, japplika mill-1 ta' Ġunju 2013. Sabiex jitħalla l-użu tat-Terra (E 553b) u x-Xama' tal-Karnawba (E 903) fuq il-bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar u x-Xellak (E 904) fuq bajd mgħolli mhux imqaxxar qabel dik id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data aktar kmieni tal-applikazzjoni fir-rigward ta' dawk l-addittivi tal-ikel.

  9. Il-miżuri sabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.



Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,



Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiddaħħlu dawn l-entrati li ġejjin fil-kategorija tal-ikel 10.2 "Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati" wara l-entrata għall-E 520-523:

"





E 553b

Terra

5 400




fuq il-wiċċ biss ta' bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]






E 903

Xama' tal-Karnawba

3 600




fuq il-wiċċ biss ta' bajd mgħolli kkulurit mhux imqaxxar

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]






E 904

Xellak

quantum satis




fuq il-wiċċ biss ta' bajd mgħolli mhux imqaxxar

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]



"

1ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

2ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

3ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.

MT   MT

Yüklə 21,59 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə