|
Ittra ta’ Ħatra ta’ uffiċjal
|
tarix | 30.12.2017 | ölçüsü | 11,88 Kb. | | #18377 |
|
ITTRA TA’ ĦATRA NDEFINITA
(Din l-ittra ta’ ħatra tintuża fil-każ ta’ ħatra fi grad sustantiv, ħatra f’pożizzjoni ndefinita jew ħatra bħala ‘Uffiċjal fi Skala’.)
NUMRU TAL-KARTA TAL-IDENTITA'
Data
Lis-Isem
Għandi pjaċir ngħarrfek li, (fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru approva)1 / (bis-saħħa ta’ delega mogħtija mill-Prim Ministru taħt artiklu 110 tal-Kostituzzjoni, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku approvat)2 / (bis-saħħa ta’ delega mogħtija mill-Prim Ministru taħt artiklu 110 tal-Kostituzzjoni, jien approvajt)3 li inti tinħatar ______________________ b’salarju ta’ €___________ x __________ - €___________ fis-sena, b’seħħ mill-_____________________. Inti għandek taqdi d-dmirijiet tiegħek fid-Dipartiment _________________________ u għandek ukoll id-dmir li taqdi kull xogħol ieħor li l-Gvern jista’ jeħtieġ minnek. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ probation/prova4 ta’ _________________ b’seħħ mill-_______________________.
Din il-ħatra taqa’ taħt ir-regolamenti dwar is-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li jinkludu l-kundizzjoni li inti tista’ tkun ittrasferit/a skont il-ħtiġijiet tas-Servizz. Fil-każ li tkun ittrasferit/a b’tibdil fid-dmirijiet tiegħek, ma jkollok jedd għal ebda ħlas ieħor.
(Din il-ħatra tintemm awtomatikament jekk ma tibqax tgawdi d-dritt li taħdem hawn Malta skond l-Att dwar l-Immigrazzjoni u liġijiet sussidjarji.)5
(Il-ħatra hija pensjonabbli skond il-provvedimenti tal-Ordinanza dwar il-pensjonijiet - Kap. 93.)6.
(Matul iż-żmien ta’ prova inti tkun meqjus/a bħala ttrasferit/a mill-post/pożizzjoni ndefinita/status indefinit7 ta’ Grad.)8
Il-kundizzjonijiet, benefiċċji u obbligi marbutin mal-impjieg tiegħek huma elenkati fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Public%20Service%20Management%20Code/PSMC%20Manuals/Manual_on_Resourcing_Policies_and_Procedures.pdf.
____________________
Isem
Segretarju Permanenti Ewlieni/Segretarju Permanenti
Dostları ilə paylaş: |
|
|