Kunsill tal-unjoni ewropea



Yüklə 62,42 Kb.
tarix18.06.2018
ölçüsü62,42 Kb.
#49720











KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA





MT

11827/11

(OR. en)





PRESSE 183

PR CO 44





STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

It-3103 laqgħa tal-Kunsill



Ambjent

Lussemburgu, 21 ta' Ġunju 2011






Presidenti Is-Sur Sándor Fazekas
Ministru tal-Iżvilupp Rurali
Is-Sur Tamás Fellegi
Ministru tal-Iżvilupp Nazzjonali

tal-Ungerija












Riżultati prinċipali tal-Kunsill

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet u adotta konklużjonijiet dwar il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata. Il-konklużjonijiet jissottolinjaw li l-kwistjonijiet dwar l-ilma għandhom ikunu inklużi ("integrati") fil-linji ta' politika tal-UE rilevanti. Barra minn hekk, avvenimenti ta' temp estrem għandhom ikunu ttrattati b'mod integrati permezz ta' linji ta' politika li jitrattaw l-użu u l-ippjanar tal-art, l-agrikoltura, il-konservazzjoni tan-natura u l-infrastrutturi.

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li japprovaw l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020. L-istrateġija hija strument ċentrali tal-UE biex tintlaħaq il-mira l-ġdida tal-UE għall-protezzjoni tal-bijodiversità fl-2020: l-UE biħsiebha twaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degredazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE sal-2020, u tirrestawrahom sa fejn huwa fattibbli, waqt li jissaħħaħ il-kontribut tal-UE biex jitnaqqas it-telf tal-bijodiversità fuq livell dinji.

Finalment, il-Kunsill eżamina l-progress bi proposta li tippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu jew jillimitaw il-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom.


WERREJ1

PARTEĊIPANTI Error: Reference source not found

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

Inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi Error: Reference source not found

Protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma Error: Reference source not found

Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 Error: Reference source not found

Tibdil fil-klima Error: Reference source not found

Kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati Error: Reference source not found

AFFARIJIET OĦRA Error: Reference source not found

PUNTI OĦRAJN LI ĠEW APPROVATI

AMBJENT


  • Prodotti bijoċidali* Error: Reference source not found

  • Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej Error: Reference source not found

AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

  • Dazji tas-sisa fuq it-tabakk Error: Reference source not found

UNJONI DOGANALI

  • Dazji fuq prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd Error: Reference source not found

  • Kwoti tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali Error: Reference source not found

POLITIKA KUMMERĊJALI

  • Antidumping - Briks tal-manjeżja - Ċina Error: Reference source not found

SAJD

  • Miżuri finanzjarji għall-Politika Komuni tas-Sajd Error: Reference source not found

STATISTIKA

  • Turiżmu Error: Reference source not found

PARTEĊIPANTI

Belġju:

Is-Sinjura Joke SCHAUVLIEGE Ministru tal-Ambjent, ir-Riżorsi Naturali u l-Kultura



Bulgarija:

Is-Sinjura Nona KARADJOVA Ministru tal-Ambjent u l-Ilma



Repubblika Ċeka:

Is-Sur Tomáš CHALUPA Ministru tal-Ambjent



Danimarka:

Is-Sinjura Lykke FRIIS Ministru tal-Klima u l-Enerġija u Ministru tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Is-Sinjura Karen ELLEMANN-JENSEN Ministru tal-Ambjent

Ġermanja:

Is-Sur Norbert RÖTTGEN Ministru Federali tal-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza tar-Reatturi



Estonja:

Is-Sinjura Keit PENTUS Ministru tal-Ambjent



Irlanda:

Is-Sur Phil HOGAN Ministru tal-Ambjent, il-Komunità u l-Gvern Lokali

Is-Sinjura Geraldine BYRNE NASON Viċi Rappreżentant Permanenti

Greċja:

Is-Sur Andreas PAPASTAVROU Viċi Rappreżentant Permanenti



Spanja:

Is-Sinjura Teresa RIVERA Segretarju tal-Istat għat-Tibdil fil-Klima

Is-Sur José Juan DIAZ TRILLO Ministru tal-Agrikoltura tal-Komunità Awtonoma tal-Andalusija

Franza:

Is-Sinjura Nathalie KOSCIUSKO-MORIZET Ministru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli, it-Trasport u d-Djar



Italja:

Is-Sur Vincenzo GRASSI Viċi Rappreżentant Permanenti



Ċipru:

Is-Sur Demetris ELIADES Ministru tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent



Latvja:

Is-Sur Raimonds VĒJONIS Ministru tal-Protezzjoni Ambjentali u l-Iżvilupp Reġjonali



Litwanja:

Is-Sur Gediminas KAZLAUSKAS Ministru tal-Ambjent



Lussemburgu:

Is-Sur Claude WISELER Ministru tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura

Is-Sur Marco SCHANK Ministru b'responsabbiltà għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura

Ungerija:

Is-Sur Tamás FELLEGI Ministru tal-Iżvilupp Nazzjonali

Is-Sur Sándor FAZEKAS Ministru tal-Iżvilupp Rurali

Is-Sur Zoltán ILLÉS Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Iżvilupp Rurali

Is-Sur Péter OLAJAS Viċi Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Iżvilupp Rurali

Malta:

Is-Sur George PULLICINO Ministru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Is-Sur Mario DE MARCO Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura

Pajjiżi l-Baxxi:

Is-Sur Joop ATSMA Segretarju tal-Istat tal-Infrastruttura u l-Ambjent



Awstrija:

Is-Sur Nikolaus BERLAKOVICH Ministru Federali tal-Agrikoltura, il-Foresti, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma



Polonja:

Is-Sur Andrzej KRASZEWSKI Ministru tal-Ambjent



Portugall:

Is-Sur Pedro COSTA PEREIRA Viċi Rappreżentant Permanenti



Rumanija:

Is-Sur Laszlo BORBELY Ministru tal-Ambjent u l-Foresti



Slovenja:

Is-Sur Roko ŽARNIĆ Ministru tal-Ambjent



Slovakkja:

Is-Sur Branislav CIMERMAN Segretarju Parlamentari, Ministeru tal-Ambjent



Finlandja:

Is-Sinjura Marja RISLAKKI Viċi Rappreżentant Permanenti



Svezja:

Is-Sur Andreas CARLGREN Ministru tal-Ambjent



Renju Unit:

Is-Sur Chris HUHNE Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima

Is-Sinjura Caroline SPELMAN Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

Is-Sur Stewart STEVENSON Ministru tal-Gvern Skoċċiż għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima



Kummissjoni:

Is-Sur Janez POTOČNIK Membru

Is-Sinjura Connie HEDEGAARD Membru

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

Inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

Il-Kunsill ħa nota ta' rapport ta' progress dwar ħidma li għaddejja fuq ir-reviżjoni tal-hekk imsejħa Direttiva Seveso dwar il-kontroll ta' perikoli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (11312/11).

Matul id-diskussjonijiet fost l-Istati Membri, intlaħaq intendiment ġenerali dwar diversi elementi tal-proposta, pereżempju dwar l-obbligu tal-operatur, il-pjani ta' emerġenza u l-effett ta' domino.

Xi aspetti tal-abbozz ta' Direttiva għad iridu jiġu diskussi aktar, pereżempju l-ambitu tad-Direttiva, id-derogi u l-ispezzjonijiet.

Il-proposta għal Direttiva "Seveso III" kienet ippreżentata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2010 (18257/10). L-objettiv prinċipali tagħha huwa li tallinja l-lista ta' sustanzi fl-ambitu tad-Direttiva (Anness I) għat-tibdil għas-sistema tal-UE għall-klassifikazzjoni ta' sustanzi perikolużi, li għaliha tirreferi.

Protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u l-ġestjoni integrata u sostenibbli tal-ilma, stabbiliti f'11308/11, u kellu skambju ta' fehmiet dwar dan is-suġġett.

Il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma hija prijorità tal-Presidenza Ungeriża. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jirrikonoxxu l-bosta theddid għall-ilma u jesprimu tħassib dwar l-avvenimenti idroloġiċi estremi matul l-aħħar snin, li t-tibdil fil-klima x'aktarx ser jaggrava.

Il-konklużjonijiet jissottolinjaw li avvenimenti ta' temp estrem għandhom ikunu ttrattati b'mod integrat minn linji ta' politika li jitrattaw l-użu u l-ippjanar tal-art, l-agrikoltura, il-konservazzjoni tan-natura u l-infrastrutturi.

Barra minn hekk, il-konklużjonijiet jappellaw biex it-tħassib u l-objettivi relatati mal-ilma jiġu integrati aħjar f'linji ta' politika oħrajn tal-UE, inkluż fir-riforma li ġejja tal-Politika Agrikola Komuni. B'mod partikolari, il-politika ta' koeżjoni futura tal-UE għandha tikkunsidra b'mod adegwat il-ħtiġijiet futuri tal-infrastruttura tal-ilma.

It-test jissottolinja wkoll il-valur ekonomiku tas-servizzi pprovduti minn korpi idriċi u ekosistemi relatati mal-ilma u jevidenzja l-ħtieġa li jipproteġihom.

Il-konklużjonijiet u l-iskambju ta' fehmiet fost il-ministri ser jipprovdu kontribut għall-pjan tal-Kummissjoni għas-salvagwardja tar-riżorsi idriċi tal-Ewropa, mistenni li jkun ippubblikat f'nofs l-2012.

Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li japprovaw l-istrateġija tal-UE gall-bijodiversità sal-2020, imniżżlin f'11978/11 + COR1.

L-istrateġija hija strument ċentrali tal-UE biex tintlaħaq il-mira l-ġdida tal-UE għall-protezzjoni tal-bijodiversità fl-2020 stabbilita mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2010: l-UE biħsiebha twaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degredazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE sal-2020, u tirrestawrahom sa fejn huwa fattibbli, waqt li jissaħħaħ il-kontribut tal-UE biex jitnaqqas it-telf tal-bijodiversità fuq livell dinji.

L-abbozz ta' strateġija ġie propost mill-Kummissjoni f'Mejju (9658/11). Huwa jinkludi sitt miri li jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ewlenija tal-2020. Dawn jikkonċernaw l-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u abitati koperti mil-leġislazzjoni tal-UE dwar in-natura, iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi, żoni koperti minn miżuri relatati mal-bijodiversità taħt il-PAK u miżuri relatati ma' foresti u sajd kif ukoll miżuri biex tiġi indirizzata t-theddida ta' speċijiet aljeni invażivi. Finalment l-istrateġija għandha l-għan li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE biex tnaqqas it-telf tal-bijodiversità fuq livell dinji.

Il-Kunsill laqa' l-fatt li l-istrateġija twieġeb għall-ostakoli prinċipali li ma ppermettewx il-kisba ta' miri preċedenti tal-UE relatati mal-bijodiversità: integrazzjoni insuffiċjenti ta' protezzjoni tal-bijodiversità f'linji ta' politika oħrajn tal-UE, finanzjament inadegwat, lakuni ta' politika kif ukoll lakuni ta' għarfien u data. Il-Ministri evidenzjaw ukoll il-ħtieġa għall-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-bijodiversità f'linji ta' politika settorjali rilevanti, bħall-Politika Agrikola Komuni, il-politika komuni tas-sajd u l-politika ta' koeżjoni tal-UE. Il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex tinkorpora miżuri ta' bijodiversità fil-proposti tagħha għall-perspettivi finanzjarji futuri 2014 - 2020.

Taħt il-Presidenza Pollakka li jmiss ser issir aktar ħidma fuq l-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità.



Tibdil fil-klima

Il-Kunsill iddiskuta l-kwistjonijiet ċentrali dwar il-pjan direzzjonali biex isir progress lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fl-2050, ippreżentat mill-Kummissjoni f'Marzu. Il-Presidenza nnotat l-aċċettazzjoni tal-abbozz ta' konklużjonijiet minn 26 Stat Membru u ddeċidiet li toħroġ il-konklużjonijiet tal-Presidenza, imniżżlin f'11964/11.



Kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati

Il-Kunsill eżamina l-progress bi proposta li tippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu jew jillimitaw il-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (ara r-rapport ta' progress 11326/11).

L-Istati Membri għadhom qed jeżaminaw l-abbozz ta' att li jagħti lill-pajjiżi tal-UE l-possibbiltà li jipprojbixxu jew jillimitaw il-kultivazzjoni ta' OĠM wieħed jew aktar fit-territorju tagħhom kollu jew parti minnu. Fil-perspettiva tad-dubji dwar il-konformità ta' projbizzjonijiet nazzjonali ta' OĠM adottati taħt il-leġislazzjoni proposta bis-suq intern u r-regoli tad-WTO, xi delegazzjonijiet jikkunsidraw li huma meħtieġa riflessjoni u analiżi ulterjuri.

Ippreżentat f'Lulju 2010, l-abbozz ta' att (12371/10 + ADD1) ikun jippermetti lill-Istati Membri jillimitaw il-kultivazzjoni tal-OĠM fit-territorju tagħhom għal raġunijiet għajr konsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa u l-ambjent, li huma diġà indirizzati matul il-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-OĠM. Tali miżuri nazzjonali jkollhom ikunu f'konformità mat-Trattat tal-UE, jiġifieri ma joħolqux distorsjoni kummerċjali fis-suq intern, u jikkonformaw mal-obbligi tad-WTO.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkollhom ikunu infurmati dwar ir-restrizzjonijiet xahar qabel l-adozzjoni tagħhom. L-awtorizzazzjoni tal-ikel, l-għalf u ż-żrieragħ mill-OĠM għall-bejgħ fl-UE ma tkunx affettwata u tibqa' deċiżjoni li tittieħed fil-livell tal-UE.

AFFARIJIET OĦRA

Konferenza dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Ambjentali tal-UE

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar l-eżiti tal-konferenza dwar l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE, li saret fi Brussell fil-15 ta' Ġunju 2011 (11823/11).



Żvilupp sostenibbli

Il-Presidenza u d-delegazzjoni Rumena infuraw lill-Kunsill dwar id-dsatax-il sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli u toroq possibbli 'l quddiem (11771/11). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha li ġiet adottata reċentement dwar il-Konferenza tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli f'Ġunju 2012 f'Rio de Janeiro (11845/11, 11770/11).



Kooperazzjoni ekonomika tal-Baħar l-Iswed

Ir-Rumanija pprovdiet informazzjoni lill-Kunsill dwar laqgħa tal-Ministri tal-Ambjent mill-pajjiżi membri tal-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni ekonomika tal-Baħar l-Iswed, li saret f'Bukarest fil-31 ta' Mejju 2011 (11702/11).



Konvenzjoni tal-Karpazja

Is-Slovakkja infurmat lill-Kunsill dwar l-eżiti tat-tielet laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 3) għall-Konvenzjoni tal-Karpazja, li saret mill-25 sas-27 ta' Mejju fi Bratislava. Ir-rappreżentanti tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Serbja u r-Repubblika Slovakka adottaw protokoll dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u protokoll dwar it-turiżmu sostenibbli (11704/11).



Riskji assoċjati man-nanomaterjali

Id-delegazzjoni tal-Pajjiżi Baxxi argumentat li l-leġislazzjoni attwali ma timmirax għall-evalwazzjoni tal-perikli speċifiċi relatati ma' partikolati li huma nanomanipulati. Hija appellat lill-Kummissjoni biex tipproponi politika tal-UE biex tiżgura qafas legali koerenti dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tan-nanomaterjali (11626/11).



Ġestjoni tal-marguni

Franza ppreżentat nota fejn talbet lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni għall-popolazzjonijiet tal-marguni, minħabba l-għadd kbir ta' marguni kbar li jikkawżaw ħsara lill-istabbilimenti tal-akkwakultura (11532/11).



Stallazzjonijiet nukleari ppjanati fil-viċinat tal-UE

Id-delegazzjoni Litwana ssottolinjat li l-proġetti kollha tal-impjanti nukleari jeħtieġ li jikkonformaw kompletament mar-regolamenti internazzjonali dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali transkonfinali fl-implimentazzjoni tagħhom (11578/11).



Sfidi ġodda fid-dawl tal-inċident ta' Fukushima

Id-delegazzjoni Awstrijaka infurmat lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' laqgħa ta' pajjiżi li m'għandhomx enerġija nukleari, li saret fi Vjenna fil-25 ta' Mejju 2011. Dikjarazzjoni konġunta adottata f'dik il-laqgħa tenfasizza l-opinjoni tad-delegazzjonijiet parteċipanti li l-enerġija nukleari mhijiex kompatibbli mal-kunċett ta' żvilupp sostenibbli (11459/11).



Azzjoni globali, reġjonali u bilaterali dwar fatturi temporanji tal-klima

Id-delegazzjoni Svediża ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill dwar il-ħtieġa li tingħata konsiderazzjoni debita għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta' fatturi temporanji tal-klima, li jistgħu jnaqqsu l-veloċità tat-tisħin globali b'mod sinifikattiv (11688/11).



Użu ta' krediti ta' gass industrijali konformement mad-deċiżjoni ta' kondiviżjoni tal-isforzi

Id-Danimarka infurmat lill-Kunsill li d-Danimarka, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, l-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, is-Slovenja, l-Isvezja u r-Repubblika Ċeka qablu dwar dikjarazzjoni politika li tikkonċerna l-intenzjonijiet tagħhom li ma jużawx il-krediti ta' HFC u adipic-acid N20 għall-konformità nazzjonali konformement mad-deċiżjoni ta' kondiviżjoni tal-isforzi għall-perijodu 2013-2020 (11785/11). Id-Danimarka stiedent lill-Istati Membri biex jingħaqdu ma' din id-dikjarazzjoni politika.



Inklużjoni tal-avjazzjoni fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar progress fl-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet biex jiġu inklużi attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (11462/11).



Aċċess għar-riżorsi ġenetiċi

Il-Presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lid-delegazzjonijiet dwar l-eżitu tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat intergovernattiv miftuħ ad hoc għall-Protokoll ta' Nagoya dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom, li saret f'Montreal mill-5 sal-10 ta' Ġunju 2011 (11773/11).



Konferenza dwar Ambjent għall-Ewropa

Il-Presidenza infurmat lid-delegazzjonijiet dwar l-istat attwali tat-tħejjijiet għas-seba' konferenza ministerjali "Ambjent għall-Ewropa", li għandha ssir f'Astana mill-21 sat-23 ta' Settembru 2011 (11614/11). Fuq l-aġenda tagħha hemm il-ġestjoni tal-ilma u kif l-ekonomija tista' tirrispetta aktar l-ambjent.



Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss

Il-Polonja ppreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill li jmiss tagħha fil-qasam tal-ambjent.



PUNTI OĦRA LI ĠEW APPROVATI

AMBJENT

Prodotti bijoċidali*

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar l-abbozz ta' Regolament li jikkonċerna l-prodotti bijoċidali, bħal insettiċidi, diżinfettanti u repellenti (5032/2/11 REV2 + ADD1, 10974/11 ADD 1).

Għal aktar informazzjoni, ara l-istqarrija għall-istampa 17974/10.

Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej

Il-Kunsill adotta Regolament li jistabbilixxi statistika fil-livell tal-UE dwar l-emissjonijiet fl-arja, taxxi relatati mal-ambjent u flussi materjali (11/11).

Għal aktar informazzjoni, ara l-istqarrija għall-istampa 11861/11.

AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

Dazji tas-sisa fuq it-tabakk

Il-Kunsill adotta Direttiva li tikkodifika r-regoli tal-UE dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa applikati għat-tabakk manifatturat (10865/11).

Id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għall-armonizzazzjoni tal-istruttura u r-rati tad-dazji tas-sisa tal-Istati Membri fuq is-sigaretti, is-sigarri, is-sigarri żgħar, it-tabakk imqatta' fin u tabakk ieħor li jintuża għat-tipjip. Hija tirrevoka u tissostitwixxi d-Direttivi 92/79, 92/80 u 95/59, kif emendati b'għadd ta' direttivi oħrajn.

UNJONI DOGANALI

Dazji fuq prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

Il-Kunsill adotta emenda għar-Regolament 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd (10716/11).

Id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq il-prodotti msemmija fir-Regolament 1255/96 huma parzjalment jew totalment sospiżi minħabba li l-produzzjoni tagħhom fl-UE mhix adegwata jew mhix eżistenti. Din is-sospensjoni hija intenzjonata li tippermetti lill-produtturi jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-UE. Analiżijiet regolari ta' dawn id-dispożizzjonijiet jeżaminaw jekk talbiet ġodda għal sospensjoni jew sospensjonijiet attwali ta' dazji humiex iġġustifikati. Minbarra dan, jiġi evalwat ukoll l-irtirar tal-prodotti li għalihom is-sospensjoni m'għadhiex fl-interessi ekonomiċi tal-UE. Wara l-analiżijiet ikun hemm adattamenti tekniċi għar-Regolament.

Kwoti tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

Il-Kunsill emenda r-Regolament 7/2010 dwar il-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (10712/11).



POLITIKA KUMMERĊJALI

Antidumping - Briks tal-manjeżja - Ċina

Il-Kunsill adotta Regolament li jtemm l-analiżi tal-iskadenza u l-analiżi ta' "l-esportatur il-ġdid" tal-miżuri antidumping li jikkonċernaw l-importazzjoni ta' ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina (10972/11).



SAJD

Miżuri finanzjarji għall-Politika Komuni tas-Sajd

Il-Kunsill adotta emenda għar-Regolament 861/2006 li li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar, wara ftehim fl-ewwel qari mal-Parlament Ewropew (17/11).

Ir-Regolament 861/2006 jipprevedi finanzjament fl-oqsma li ġejjin: relazzjonijiet internazzjonali, governanza, ġbir tad-data u konsulenza xjentifika, u kontroll u infurzar tal-PKS. F'kull qasam tal-azzjoni, dan ir-Regolament huwa kkomplementat b'regolamenti jew deċiżjonijiet oħrajn. Mill-adozzjoni tar-Regolament inizjali, evolvew diversi elementi tal-leġislazzjoni relatata, li għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-elementi kollha tal-qafas leġislattiv.

STATISTIKA

Turiżmu

Il-Kunsill adotta Regolament immirat li jtejjeb il-qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu (14/11).



L-ISTAMPA

Rue de la Loi 175 B – 1048 BRUSSELL Tel.: +32 (0)2 281 9442 / 6319 Fax: +32 (0)2 281 8026



press.office@consilium.europa.eu http://www.consilium.europa.eu/Newsroom

11827/11



MT

Yüklə 62,42 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə