Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 431 It-Tlieta, 25 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsjiet għal tweġibiet orali direttorat għat-tindif – xiri ta’ makkinarju



Yüklə 52,28 Kb.
səhifə3/4
tarix15.08.2018
ölçüsü52,28 Kb.
#62698
1   2   3   4

ONOR. CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27657.
Seduta 431

25/10/2016



CLINICAL PERFUSIONISTS – PERSUNI LI GRADWAW
27659. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw clinical perfusionists fl-2015 u fl-2016?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema professjonisti qed tirreferi peress illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Clinical Perfusionists.
Seduta 431

25/10/2016



CLINICAL PERFUSIONISTS - INGAĠĠ
27660. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid mill-clinical perfusionists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
05/10/2016

ONOR. CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27659.
Seduta 431

25/10/2016



DENTAL HYGIENISTS – PERSUNI LI GRADWAW
27661. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw dental hygienists fl-2015 u fl-2016?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



HERITAGE MALTA – SITI TAĊ-ĊITTADELLA – GOZO MUSEUM
27830. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan ta' Heritage Malta fir-rigward tas-siti taċ-Ċittadella ladarba jiġi inawgurat il-Gozo Museum?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Habs il-Qadim u l-Muzew tal-Folklore huma attrazzjonijiet fihom infushom u se jibqgħu jiffunzjonaw bħal-lum. Casa Bondi, li llum tospita l-Mużew tal-Arkeoloġija, se tkun iċ-ċentru ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella. Għadhom qed jiġu evalwati għadd ta’ possibiltajiet għal użu kulturali alternattiv fir-rigward tal-Mużew tan-Natura u l-ftit spazji okkupati bl-uffiċċji.
Seduta 431

25/10/2016



HERITAGE MALTA – KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL TAL-PERITI
27831. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-periti li jaħdmu ma' Heritage Malta humiex ekwivalenti għal dak tal-periti li jaħdmu mad-Direttorat tar-Restawr? Jista’ jgħid jekk hux qed tingħata opportunità lil dawn il-periti sabiex jagħmlu skambji bejniethom?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Heritage Malta u d-Direttorat tar-Restawr huma żewġ entitajiet differenti, u għalhekk il-periti kif ukoll il-ħaddiema l-oħra kollha huma rregolati mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew Ftehim Kollettiv tal-entitajiet rispettivi. Madanakollu f’dawn l-aħħar tliet snin il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet kibret ħafna u fil-fatt għadd ta’ proġetti qed isiru bi sħab. Insemmi wieħed biss: il-Proġett ta’ Riabilitazzjoni tal-Palazz tal-Granmastru, ko-finanzjat minn fondi strutturali tal-UE.
Seduta 431

25/10/2016


HERITAGE MALTA – BILJETTI – SISTEMI DIFFERENTI
27832. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex Heritage Malta għandha tliet sistemi differenti għall-biljetti (sistema għall-biljetti u l-membership magħrufa bħala JTICKET, sistema għall-bejgħ mill-ħanut magħruf bħala SHIREBURN u sistema għall-bejgħ tal-biljetti tal-Ipoġew - li bħalissa huwa magħluq) għall-mużewijiet u għas-siti tagħha?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-htigijet tas-sistemi tal-biljetti (JTICKET) u tal-bejgħ tal-prodotti (SHIREBURN) għandhom ħtiġijiet tekniċi speċfiċi u differenti minn xulxin, u għalhekk jeħtieġ li jkunu separati. Is-sistema tal-Ipoġew kienet teżisti qabel it-tnejn l-oħra msemmija u għadha taqdi dmirha tajjeb.
Seduta 431

25/10/2016



HERITAGE MALTA - COLLECTIONS MANAGEMENT - SISTEMI
27833. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' sistema/i Heritage Malta tuża fir-rigward tal- Collections Management?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bħalissa Heritage Malta tuża għadd ta’ sistemi sabiex taqdi l-funzjoni ta’ collection management. Dawn huma MUSES (sistema żviluppata mill-aġenzija bħala riżultat ta’ proġett tal-UE), STERNA (l-istess bħal qabel), u sistemi oħra skond il-kollezzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħha. Bħalissa għaddej proċess ta’ preparazzjoni sabiex eventwalment dawn is-sistemi jkunu jistgħu jingħaqdu f’sistema waħda.
Seduta 431

25/10/2016



HERITAGE MALTA – SENIOR EXECUTIVE - ĦADDIEMA
27834. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ta' Heritage Malta minn skala ta' Senior Executive 'l fuq għandu permess biex ma jużax il-palm reader? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-e-mails li jinkludu l-approvazzjoni tas-CEO sabiex dawn il-ħaddiema jkunu eżentati milli jirreġistraw l-attendenza?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-ebda impjegat ma għandu permess li ma jużax il-palm reader salv is- CEO. Dawk kollha li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jużawh iridu jiġġustifikaw għaliex mas-superjuri tagħhom.
Seduta 431

25/10/2016



HERITAGE MALTA – FORTI SANT’ANĠLU – SERVIZZ TA’ ELECTRIC CAR
27835. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fit-8 ta' Settembru li għadda, Heritage Malta ma fetħitx il-Forti Sant’Anġlu b'xejn għall-pubbliku iżda żammet €2 lil kull persuna li attendiet għall-open day? Jista’ jgħid jekk kienx hemm is-servizz tal-electric car għall-individwi bi bżonnijiet speċjali li kien diffiċli għalihom jitilgħu fil-Forti?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-għadd kbir ta’ open days mingħajr ħlas li torganizza Heritage Malta matul is-sena iridu jiġu mwieżna b’oħrajn fejn il-pubbliku jintalab iħallas prezz minimu sabiex dawn ikunu parzjalment sostenibbli u jkunu jistgħu jibqgħu jsiru. Rigward l-electriccar, din intużat fil-ftit okkażjonijiet li ntalab is-servizz tagħha.
Seduta 431

25/10/2016



GĦAWDEX – BINI TA’ YACHT MARINA U CRUISE LINER TERMINAL - KONSORZJU
27920. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi magħżul il-konsorzju li se jibni l-Yacht Marina u l-Cruise Liner Terminal f’Għawdex? Meta hu mistenni li jibda dan ix-xogħol u meta hu mistenni li dan il-proġett jibda jilqa’ fih l-ewwel yacht u l-ewwel Cruise Liner? Jikkonferma li dan il-proċess għadu quddiem il-Privitisation Unit fejn kien f'Jannar li għadda meta huwa kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 22471?
13/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27715.
Seduta 431

25/10/2016



GĦAWDEX – FONDI EWROPEJ ALLOKATI
27921. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intefqu fondi mill-Fondi Ewropej allokati għal Malta għall-perjodu 2007-2013 fi proġetti u inizjattivi f’Għawdex? Jista' jelenka liema kienu dawn il-proġetti u inizjattivi f'Għawdex u kemm intefaq fuq kull waħda minnhom minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
13/10/2016
ONOR. LOUIS GRECH: Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra meta l-proċess ta' verfikazzjoni tal-ispiża ta' proġetti implimentati f'dawn il-programmi ikun iffinaliżżat.
Seduta 431

25/10/2016



ALTERNATIVE DISPUTE RESOLUTION - ENTITAJIET
27945. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm entitajiet applikaw bħala entità ta’ ADR (Alternative Dispute Resolution) skont l-A.L. 378.18 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm minnhom ġew aċċettati u f’liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?
17/10/2016
ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li entita' waħda applikat bħala entità ta’ ADR (Alternative Dispute Resolution) skont l-A.L. 378.18 tal-Liġijiet ta’ Malta. Din l-entita' toffri servizzi ta' medjazzjoni.
Seduta 431

25/10/2016




UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN – KAŻIJIET PENDENTI
27946. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx każijiet quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn sena? Jekk hemm, kemm hu n-numru, dwar xiex jittrattaw u x’inhi r-raġuni għalfejn ilhom pendenti għal aktar minn sena?
17/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Seduta 431

25/10/2016



MCCAA – DIRETTUR ĠENERALI (KOMPETIZZJONI) – MULTI AMMINISTRATTIVI
27947. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista' l-Ministru tgħid f’kemm-il każ id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-MCCAA impona multi amministrattivi minħabba allegat ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Kap. 379 tal-Liġijiet ta’ Malta mill-2011 s’issa sena b’sena? F’kull każ kemm kienet il-multa imposta u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?
17/10/2016
ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li fis-sena 2015, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) impona multa ta’ €1,000 fuq intrapriza fis-settur tal-edukazzjoni li xekklet l-investigazzjoni tal-Uffiċċju billi damet ma pprovdiet l-informazzjoni mitluba filwaqt li multa ta’ €2,000 ġiet imposta fuq intrapriża oħra fis-settur tal-ikel li naqset li tinnotifika konċentrazzjoni skont regolament 5 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet. L-intrappriżi konċernati ħallsu l-multi imposti.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - SAFAR
27993. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid, kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa għal kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar minn Marzu 2013 sal-lum? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PR U MEDIA EVENTS
27994. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru u aġenziji governattivi fil-perjodu Ottubru 2013 sal-lum, xahar b’xahar? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
19/10/2016

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minn Ottubru 2013 sal-lum, inkluż l-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea, hi kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, liema tabella tinkludi wkoll l-informazzjoni għall-perjodu Marzu - Settembru 2013. Dawn huma kontijiet imħallsa diġà.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PR U MEDIA EVENTS
27995. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru u agenziji governattivi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkorporata fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27994.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KAROZZI UFFIĊJALI
27996. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozzi uffiċjali? Jekk qed jinkrew kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtraw kemm inxtraw? Ħarġu offerti għall-kiri jew xiri u minn fejn qed jinkrew jew inxtraw?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vettura li jien nagħmel użu minnha kienet inxtrat mingħand Michael Debono LTD għall-prezz ta’ €33,802,00. Il-vettura nxrat skont il-Guidelines MF6/2013 u kienet ġiet approvata mill-Financial Policy and Management Division, Ministeru għall-Finanzi.
Il-karozza li tintuża mis-Segretarju Parlamentari kienet inkriet wara li ħarġu l-offerti (quotes) għall-prezz ta’ €10,585 (VAT inkluża) fis-sena. Il-kumpanija hi South Lease.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – MOBILE TELEPHONE MĦALLAS MILL-GVERN
27997. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li hemm seba’ (7) persuni fis-Segretarjat tal-Ministru u tlieta (3) fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari li għandhom il-mobile imħallas mill-Gvern.

In-nefqa globali mill-2013 sal-lum tammonta għall-€53,197.69.


Seduta 431

25/10/2016



UNIVERSITÀ TA’ MALTA – PERSUNI GRADWATI
27998. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni mill-Università ta' Malta li gradwaw fl-aħħar sena akkademika? Kemm kien in-numru ta' gradwati minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex, separatament?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun tista' tingħata fit-tmiem taċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni ta’ din is-sena, jiġifieri wara s-7 ta’ Diċembru 2016. Bħalissa għadhom qed joħorġu r-riżultati u għalhekk l-għadd ta’ gradwati għadu provviżorju.
Seduta 431

25/10/2016



PENSJONANTI SINGLE LI GĦANDHOM PENSJONI MINIMA
28005. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti single illum, li għandhom pensjoni minima?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti single li qegħdin jirċievu pensjoni minima għall-Irtirar huwa ta’ 9,414.
Seduta 431

25/10/2016



PENSJONANTI SINGLE LI GĦANDHOM PENSJONI TAL-ETÀ
28006. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti single illum, li jieħdu l-Pensjoni tal-Età?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninformal lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti single li llum qed jieħdu l-Pensjoni tal-Età jammonta għal 4,141 persuna.
Seduta 431

25/10/2016



ĦAMRUN – DAY CENTRE TAL-ANZJANI
28007. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jattendu d-Day Centre tal-anzjani fil-Ħamrun? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-aħħar attività li saret għall-anzjani li jattendu dan id-Day Centre? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk l-anniversarju mill-ftuħ ta' dan id-Day Centre, għadux jiġi ċċelebrat kull sena?
19/10/2016


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fiċ-Ċentru ta’ Anzjanita’ Attiva tal-Ħamrun hemm 116–il membru.

Bħal f’kull ċentru ta’ Anzjanita’ Attiva ieħor, ġewwa ċ-Ċentru tal-Ħamrun hemm programm ta’ Anzjanita’ Attiva li kull ġimgħa joffri lill-membri attivitajiet varjati.

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-anniversarju ta’ dan iċ-Ċentru għadu jiġi ċċelebrat kull sena.
Seduta 431

25/10/2016



BAJJA TA’ WIED IL-GĦAJN – XOGĦOL TA’ DREDGING
28014. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed isir xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid min qed iwettaq dan ix-xogħol?
19/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 28013.
Seduta 431

25/10/2016



RACE TRACK - PROPOSTI
28024. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jiċċara jekk mil-lokalitajiet magħżula mill-iżviluppaturi għar-race track, hemmx proposta li qed tipproponi li s-sit għandu jkun fil-limiti tas-Siġġiewi?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed issir evalwazzjoni dettaljata tas-siti proposti minn dawk li tefgħu l-offerti għall-EOI relatat ma’ l-iżvilupp ta’ race track. Għaldaqstant, minħabba li din hi fażi sensittiva ħafna fil-proċess ta’ evalwazzjoni, ma jkunx għaqli li tingħata informazzjoni f’liema lokalitajiet jinsabu s-siti proposti.
Seduta 431

25/10/2016



GĦAJNUNA LILL-GĦAQDIET SPORTIVI TAL-BAĦAR
28030. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Ministeru se jkun qed jgħin lill-għaqdiet sportivi fl-isports tal-baħar matul is-sena li ġejja? Liema għaqdiet ta’ dan it-tip huma mistennija li jkunu megħjuna? Kif se sseħħ din l-istess għajnuna?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li SportMalta nidiet l-iskemi 2017 din il-ġimgħa u l-proċess jinsab f’idejn l-għaqdiet biex japplikaw. Eventwalment l-assistenzi jiġu approvati kmieni s-sena li ġejja.
Seduta 431

25/10/2016


SAN PAWL IL-BAĦAR – ELC – SOFT AREA
28031. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-ELC jieħdu ħsieb is-soft area li hemm ħdejn il-lights fid-daħla ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar?
20/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din iż-żona tagħmel parti mix-xogħol ta’ manutenzzjoni ta’ rutina u f’ din iż-żona wkoll qed jittieħdu l-passi meħtieġa skont il-programm ta’ xogħlijiet.
Seduta 431

25/10/2016



IL-MAGĦTAB – MIŻBLA - IRWEJJAĦ
28034. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema passi qed jittieħdu mill-Ministeru, jew xi entità li taqa’ taħtu biex l-irwejjaħ insapportabbli li ħerġin mill-miżbla (jew engineered landfill) tal-Magħtab jiġu kkontrollati bis-serjetà?
20/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li ttieħdu, kif diġa’ ntqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 26567, huma żieda fid-daily cover u użu ta’ sistema ta’ odour neutraliser.
Seduta 431

25/10/2016



FEDERAZZJONI TAD-DILETTANTI TAL-ĦAMIEM - DISKUSSJONIJIET
28035. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħtu tagħrif dwar jekk il-Ministeru kellux diskussjonijiet mal-Federazzjoni tad-Dilettanti tal-Ħamiem dwar id-diffikultajiet li dawn qed jiffaċċjaw biex ikunu jistgħu jkomplu bid-delizzju tagħhom, partikularment minħabba l-lofts li huma għandhom? Jekk iva, meta saru l-laqgħat u x'irriżulta minn dawn l-istess laqgħa? X'passi ħa l-Ministeru favur dawn id-dilettanti?
20/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja huwa kontinwament f’kuntatt mal-Federazzjoni tad-Dilettanti tal-Ħamiem fuq suġġetti li jikkonċernaw lil dan il-Ministeru. Dawn ma jinkludux ir-regolariżazzjoni fuqloftstal-ħamiem minħabba li dan ma jaqax taħt dan il-Ministeru. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



KWOTA TAL-PIXXISPAD – SAJJIEDA MALTIN
28036. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’pożizzjoni ħa l-Ministeru għal dak li jikkonċerna l-kwota tal-pixxispad li tista’ tinqabad mis-sajjieda Maltin? X’kienu r-riżultati li akkwistajtu?
20/10/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fi ħdan l-istrutturi tal-Unjoni Ewropea dwar dan, fejn Malta ħadet pożizzjoni kontra id-dħul ta’ sistema tal-kwoti tal-pixxispad. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ ittra mibgħutha lill-Kummissarju għall-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, bil-pożizzjoni uffiċjali ta’ Malta, liema pożizzjoni meħudha ttieħdet bi ftehim mall-Koperattivi tas-Sajd.
Huwa mistenni li wara li jiġi fformulat mandat għall-Kummissjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Ministri, biex skont dan il-mandat isiru n-negozjati fi ħdan l-ICCAT. Dawn in-negozjati huma mistennija li jsiru matul il-laqgħa annwali tal-ICCAT li ser tinżamm fil-Portugal bejn l-14 u l-21 ta’ Novembru 2016. Għal din il-laqgħa, barra minn uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, għandhom jattendu wkoll rappreżentanti mill-Koperattivi tas-Sajd.
Seduta 431

25/10/2016



GĦAWDEX - CRUISELINER TERMINAL U YACHT MARINA – DISKORS TAL-BAĠIT
28043. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2017, u billi fid-diskors tal-Bagit tas-sena 2016 kien intqal li għaddejjin negozjati mal-konsorzju li ssottometta l-proposti tiegħu dwar il-bini ta' cruiseliner terminal u yacht marina f'Għawdex, u peress li fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla ma kien hemm l-ebda referenza għal dawn iż-żewġ proġetti, jista' jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li dawn il-proġetti jitwettqu?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari 27715
Seduta 431

25/10/2016



GĦAWDEX - DAR FIL-KOMUNITÀ – PERSUNI B’DIŻABILITÀ
28044. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuna b'diżabilita fid-Dar fil-Komunità li ġiet inawgurata f'Għawdex fi Frar ta' din is-sena?
20/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt f’Mistoqsija Parlamentari numru 27730, fid-Dar fil-Komunita ġewwa Taċ-Ċawla Għawdex, huwa maħsub li sal-aħħar ta’ din is-sena jkunu qegħdin jidħlu l-ewwel klijenti residenti, hekk kif kollox huwa lest biex jospita’ l-ewwel residenti. Diġà ġew identifikati l-ewwel residenti li ser ikunu qed joqogħdu ġewwa din id-Dar fil-Komunita. Dawn ir-residenti għaddejjin minn proċess ta’ taħriġ speċjalizzat, sabiex it-tranżizzjoni ssir bl-aktar mod seren.
Seduta 431

25/10/2016



Yüklə 52,28 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə