Korp tal-pulizija applikanti bit-tattoos


KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – KAŻIJIET TAD-DROGI DEĊIŻI



Yüklə 50,33 Kb.
səhifə2/2
tarix15.08.2018
ölçüsü50,33 Kb.
#62699
1   2

KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – KAŻIJIET TAD-DROGI DEĊIŻI


W428. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li ġew irreġistrati quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja b'referenza għall-każijiet tad-drogi, effettivament ġew deċiżi?
25/04/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi deċizi mill-1 ta’ Settembru 2015 sat-30 t’April 2016 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:


Total No of Cases Appointed between 1st Sep 2015 and 30th Apr 2016

492

 

 

 

 

Total Cases Judged

305

62%

Total Cases Paid Before Hearing

143

29%

Total Cases Pending

44

9%


KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – SENTENZI TA’ ĦTIJA


W429. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet mismugħha mill-Kummissarju għall-Ġustizzja ngħataw sentenza ta' ħtija?
25/04/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-każijiet mismugħa bejn l-1 ta’ Settembru 2015 u t-30 t’April 2016 li fihom instabet ħtija huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:


Guilty

170

Guilty - No Show

121

Total Guilty

291

KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – APPELLI MILL-IMPUTATI


W433. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi appelli mill-imputati mis-sentenzi li ngħataw mill-Kummissarju għall-Ġustizzja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u f'każ li kien hemm, kemm kien l-ammont?
25/04/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Fis-seduti li nżammu bejn Settembru 2015 u April 2016 kien hemm appell wieħed illi tressaq mill-Prosekuzzjoni.


KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – ĠBIR TA’ MULTI


W435. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu sabiex jinġabru l-multi li qed jiġu mwaħħla mill-Kummissarju għall-Ġustizzja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm fir-rigward ta' persuni residenti Malta kif ukoll fir-rigward ta' barranin, peress li mir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W424 jidher li hemm ammont sostanzjali ta' revenue li għad irid jinġabar, u x'inhi l-proċedura li se tintuża għal tali ġbir?
25/04/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Il-multi tal-kawżi tad-droga jistgħu jinġabru billi jittieħdu l-proceduri legali soliti fir-rigward tal-ħatja. S’intendi n-natura l-multi hija waħda amministrattiva u ċivili u mhux penali u dan il-fatt kien fiċ-ċentru tal-bidla li daħħlet il-liġi l-ġdida tad-drogi.
Huwa naturali li meta wieħed jiġi biex jirkupra l-multi dovuti l-isfida hija ikbar fejn jidħlu ċittadini barranin jew Maltin mhux residenti Malta.
Il-liġi tipprospetta l-possibilita’ ta’ ħlas online li jista’ jsir seduta stante permezz ta’ b’karta ta’ kreditu.

Hawnhekk hawn informazzjoni dwar il-pendenzi.




Tribunal Pending Payments from

01st Sept 2015-30 April 2016

 

 

 

 

No of Cases

Value Pending

Maltese Residents

127

13207

Foreigners

20

22631

Total Pending

147

35838



Yüklə 50,33 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə