Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 22 L-erbgħa, ta' Novembru, 2015 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali lista ta’ mediċina f’ schedule V



Yüklə 66,8 Kb.
səhifə2/4
tarix15.08.2018
ölçüsü66,8 Kb.
#62702
1   2   3   4

SVPR – GRADI TA’ STAFF TAL-GVERN
18200. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-gradi tal-istaff tal-Gvern fl-SVPR?
13/08/2015

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Seduta 322

04/11/2015



LIVELL TA’ DOTTORAT – BOROŻ TA’ STUDJU
18409. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borza ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 f’livell ta’ dottorat u l-istima tal-valur kumplessiv tagħhom sa ma dawn jiġu fi tmiem l-istudji tagħhom?
01/09/2015
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Settembru 2014 ingħataw 89 borża ta’ studju fil-livell ta’ dottorat taħt l-iskema Malta Government Scholarships Scheme – Postgraduate (MGSS PG) għall-valur kumplessiv ta’ madwar sitt mitt elf Euro (€600,000).
Seduta 322

04/11/2015



SKEMA TA’ POST DOCTORAL – VALUR TA’ INVESTIMENT
18410. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-iskema tal-post doctoral inkluż il-valur tal-investiment ippjanat għalih?
01/09/2015
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-ewwel darba li l-gvern Malti qed joffri l-opportunità ta’ għoti ta’ boroż ta’ studju għal riċerka permezz tal-iskema REACH HIGH Scholars Programme fil-livell ta’ Post Dottorat. Din l-iskema, li ġiet imħabbra f’April 2015, qed tilqa’ proposti għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jistgħu jkunu parzjalment finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.

Taħt din l-iskema qed jiġu offruti boroż ta’ studju f’seba` (7) oqsma ta’ riċerka li huma kumplimentari mal-istrateġija Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni, u mal-istrateġija ta’ Specjalizzazzjoni SMART, kif ukoll ma’ oqsma oħra li huma relevanti għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna. L-oqsma prinċipali huma:

 Xjenza u Inġinerija

 ICT


 Edukazzjoni

 Mediċina u Farmaċewtika

 Xjenza Soċjali, Antropoloġija, kultura u xjenza fl-imġieba

 Enerġija u ambjent

 Kull qasam ieħor li jikkontribwixxi lejn l-ekonomija, qasam socjali, ambjent, l-iżvilupp kulturali u l-istrateġija 2020 tal-Unjoni Ewropeja.
Seduta 322

04/11/2015



BOOK FUND - KITTIEBA
18411. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ kittieba li gawdew mill-Book Fund li ġiet varata f’Mejju?
01/09/2015
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li kien hemm 12-il applikazzjoni li ġew aċċettati ta' pubblikaturi u kittieba differenti. Dawn il-pubblikaturi u l-kittieba ibbenefikaw mill-fondi tal-Malta Book Fund.

Seduta 322

04/11/2015

ETC – PERSUNI LI ATTENDEW KORS
18412. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna attendew xi tip ta’ kors mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Marzu 2013 ‘l hawn?
01/09/2015
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li 11,482 persuna attendew xi tip ta' kors mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Marzu 2013 'l hawn. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-korsijiet li ngħataw.

Seduta 322

04/11/2015

DIPARTIMENT TAL-LIFELONG LEARNING – TAĦRIĠ U KORSIJIET
18413. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna attendiet xi tip ta’ taħriġ jew kors mad-Dipartiment tal-Lifelong Learning minn Marzu 2013 ‘l hawn?
01/09/2015
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:


Sena Akkademika Ottubru 2012 – Mejju 2013

14,521 persuna

Sena Akkademika Ottubru 2013 – Mejju 2014

14,718-il persuna

Sena Akkademika Ottubru 2014 – Mejju 2015

17,288 persuna

Iċ-ċifra totali ta’ kemm applikaw studenti għal korsijiet tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Studenti li Jħallu l-Iskola Kmieni għas-sena akkademika Ottubru 2015-Mejju 2016 għadha mhix finali. Dan ukoll peress li f’Diċembru dan id-Direttorat joħroġ applikazzjonijiet oħra għal korsijiet qosra li jibdew fi Frar. Għaldaqstant, ċifra approssimattiva tkun tista’ tingħata fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2016.


Seduta 322

04/11/2015



SETTUR PRIVAT - INVESTIMENT
18414. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien l-investiment f’taħriġ għas-settur privat minn Marzu 2013 ‘l hawn? Kemm kienu l-kumpaniji li gawdew minn dan l-investiment u n-numru ta’ ħaddiema li ngħataw dan it-taħriġ? F’liema industriji prinċipali seħħ dan it-taħriġ?
01/09/2015


ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 'l hawn kien hemm 401 kumpaniji li ngħataw 1,395 grant b'valur ta' €1,944,993.26. In-numru ta' ħaddiema li ngħataw taħriġ kien ta' 11,792.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Seduta 322

04/11/2015



REGISTRY OF COMPANIES - DESK OFFICERS
19019. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm desk officers jaħdmu mar-Registry of Companies?
22/09/2015
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-Registry of Companies jaħdmu tlettax-il desk officer.
Seduta 322

04/11/2015



KUMPANIJI ĠODDA REĠISTRATI
19020. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda bejn Marzu 2013 'l hawn xahar b'xahar?
22/09/2015
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji registrati ġodda bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 kienu kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 322

04/11/2015



MFSA - KUMPANIJI
19021. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpaniji li allegatament huma nvoluti fil-każ tal-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġu trattati fil-preżent mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji u jekk humiex qed jiġu kkalkulati għall-finijiet ta' statistika?
22/09/2015
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie intimat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19016, ir-Reġistratur ma jistax minn rajħ jikkanċella kumpaniji għax jidhirlu li huma montatura jew finta. Il-kumpaniji in kwestjoni għandhom statut reġistrat, għandhom azzjonisti u diretturi u nħarġilhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni wara li tħallset il-mi¿ata tar-reġistrazzjoni skont il-liġi. Għalhekk fil-fehma tar-Reġistratur dawn il-kumpaniji għandhom eżistenza legali u għalhekk huma nklużi fl-istatistika, sakemm il-Qorti ma tordnax mod ieħor.
Seduta 322

04/11/2015


YOUTH GUARANTEE
19079. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li daħlu għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ jew kif inhija magħrufa bħala Youth Guarantee? Jista’ jagħti wkoll stima ta’ kemm ġew iffrankati flus f’Għajnuna Soċjali li kienu jieħdu dawn il-persuni?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, kien hemm 205 benefiċjarju taħt it-23 sena li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali u li kienu potenzjalment eliġibbli li jidħlu għall-Garanzija għaż-Żagħżagħ filwaqt li fl-aħħar ta’ Settembru, 2015 kien hemm 68 benefiċjarju taħt it-23 sena li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali.
L-ammont ta’ Għajnuna Soċjali li tħallas fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru, 2014 kien ta’ €18,988.43 filwaqt li fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, 2015 l-ammont imħallas bħala Għajnuna Soċjali kien ta’ €6,459.03.
Għalhekk jista’ jingħad li potenzjalment, l-ammont ta’ flus f’Għajnuna Soċjali li ġew iffrankati fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien ta’ €488,646.60, jiġifieri €12,529.40 fil-ġimgħa. Pero l-aktar ħaġa importanti m’hijiex kemm ġew iffrankati flus fuq Għajnuna Soċjali imma li dawn iż-żgħażagħ qed noffrulhom futur aħjar milli jista’ jkollhom jekk jibqgħu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.
Seduta 322

04/11/2015



TAPERING - BENEFIĊJARJI SINGLE PARENTS
19080. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji single-parents li gawdew mis-sistema tat-Tapering fejn minflok ma jieħdu l-benefiċċju tal-qagħad dan jibda jonqos gradwalment filwaqt li huma jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ammont ta’ benefiċjarji Single Parents li gawdew mis-sistema tat-Tapering kien ta’ 508.
Seduta 322

04/11/2015



DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – PERSUNI LI AMMETTEW LI QARRQU FIL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI
19081. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li resqu ’l quddiem u ammettew mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li kienu jqarrqu għax jieħdu xi benefiċċju li ma kinux intitolati għalih? Jista’ jgħid kemm iffranka flus mit-taxxi tal-poplu permezz ta’ din l-inizjattiva bejn Jannar u Lulju 2015?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li resqu lejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bejn Jannar u Frar 2015, biex jirregolarizzaw ruħhom, kien ta’ 236.

It-total ta’ kemm se jkunu ġew iffrankati flus sal-aħħar tas-sena permezz ta’ din il-miżura, jammonta għal €623,700.


Seduta 322

04/11/2015



ANZJANI LI BBENEFIKAW MILL-GĦOTJA TA’ €300 FIS-SENA
19082. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 75 sena jew aktar li baqgħu jgħixu fi djarhom u allura bbenefikaw mill-għotja ta’ €300 fis-sena? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq din il-miżura għal din is-sena?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa kien hemm 28,851 persuna li għandhom 75 sena jew aktar u li għadhom jgħixu fi djarhom li bbenefikaw mill-għotja ta’ €300 fis-sena.
In-nefqa s’issa fuq din il-miżura kienet ta’€ 8,489,935.
Seduta 322

04/11/2015



PENSJONANTI TAS-SERVIZZ LI GAWDEW MILL-MIýURA TA’ £200
19083. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm hemm pensjonanti tas-servizz li din is-sena gawdew mill-miżura ta’ żieda ta’ €200 biex titjieb il-pensjoni taż-żewġ terzi b’mod gradwali? Jista’ l-Ministru jgħid għal din is-sena kemm kienet l-ispiża s’issa fuq din il-miżura?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu wkoll pensjoni ta’ servizz li din is-sena bbenefikaw mill-miżura ta’ żieda ta’ €200 fil-pensjoni kien ta’ 4,830 bi spiza ta’ €966,000.
Seduta 322

04/11/2015



PERSUNI LI GAWDEW MILL-MIŻURA TA’ €100 U €200
19084. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni ta’ età bejn 62 u 74 sena li din is-sena gawdew mill-miżura ġdida ta’ €100 u €200 separatament u b’hekk ingħataw rikonoxximent għall-ħames jew għaxar snin kontribuzzjonijiet imħallsa li qabel l-2015 ma kenux ikkalkulati mill-Gvern? Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan il-benefiċċju l-ġdid?
22/09/2015
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 11,912-il persuna ta’ bejn l-età ta’ 62 sena u l-74 sena li gawdew mill-miżura l-ġdida ta’ €100 u €200 bħala rikonoxximent tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li ħallsu imma ma kienux biżżejjed biex jintitolawhom għal pensjoni kontributorja.
Kien hemm 5,098 persuna li rċevew €100 u kien hemm 5,706 persuni li rċevew €200. Barra minn dawn kien hemm ukoll min irċieva parti mill-€100 jew €200 minħabba li jew għalqu t-62 sena jew il-75 sena matul din is-sena.
Minn dawn kien hemm 436 persuna li rċevew parti mill-€100 u kien hemm 672 persuna li rċevew parti mill-€200.
Seduta 322

04/11/2015


GĦASSA TAS-SWIEQI – KAROZZI TAL-PULIZIJA
19461. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija tas-Swieqi? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huma esklussivament għal użu fil-lokalità tas-Swieqi u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
05/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-lum ma hemmx vettura assenjata speċifikament mal-Għassa ta’ Swieqi. Pero hemm tlett vetturi oħra fl-istess distrett li jistgħu jintużaw kif isir regolarment meta jkun hemn il-ħtieġa. Dawn huma iż-żewġ vetturi assenjati l-Għassa ta’ San Giljan u waħda ta’ San Gwann.
Seduta 322

04/11/2015




GĦASSA TAL-PULIZIJA TA’ SAN ĠWANN – KAROZZI TAL-PULIZIJA
19462. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġwann u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
05/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Seduta 322

04/11/2015




GĦASSA TAL-PULIZIJA TA’ SAN ĠILJAN – KAROZZI TAL-PULIZIJA
19463. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġiljan u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
05/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Seduta 322

04/11/2015



TRANSPORT MALTA – INGAĠĠ TA’ PERSUNI
19871. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19521, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum) ġiet impjegata ma’ Transport Malta mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu direttament ma’ Transport Malta, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
13/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 19834.
Seduta 322

04/11/2015



MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA – INGAĠĠ TA’ PERSUNI
19872. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19522,jista’ l-Ministrujgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum)ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
13/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19834.
Seduta 322

04/11/2015



IS-SWIEQI - GĦASSA - KAROZZA TAL-PULIZIJA
19907. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega għala l-karozza tal-pulizija li kien hemm assenjata mal-għassa tas-Swieqi sa ftit tax-xhur ilu, ittieħdet biex isservi lokalitajiet oħrajn u allura l-għassa tas-Swieqi qed ikollhom jisselfu l-karozza, ġeneralment mill-għassa ta' San Ġiljan, u dan b'diffikultà peress li l-għassa ta' San Ġiljan għandha biss żewġ karozzi (dik uffiċjali u oħra temporanja) u ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn iż-żewġ karozzi jkunu qed jintużaw ġewwa San Ġiljan u allura l-lokalità tas-Swieqi tispiċċa mhix moqdija? Jista' jara li l-għassa tas-Swieqi tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista' jgħid meta l-għassa tas-Swieqi se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?
14/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Seduta 322

04/11/2015



SAN ĠWANN - GĦASSA - KAROZZA TAL-PULIZIJA
19908. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid għala l-għassa tal-pulizija ta’ San Ġwann m’għandhiex karozza tal-pulizija assenjata lilha, tant illi l-għassa ta’ San Ġwann qed ikollha tissellef karozza assenjata lil għassa oħra u b’riżultat ta’ dan ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn l-għassa ta’ San Ġwann ma tkunx tista’ taqdi d-doveri tagħha lejn il-lokalità? Jista’ jara li l-għassa ta’ San Ġwann tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-għassa ta’ San Ġwann se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?
14/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Seduta 322

04/11/2015



SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU - SERVIZZI TA' SURVEYING - SPIŻA
19938. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ surveying? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?
15/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlasijiet li saru in konnesjoni ma’ servizzi ta’ surveying tħallsu lill-Appletree International Limited.
Seduta 322

04/11/2015



SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU - RILOKAZZJONI TA' BUS SHELTERS
19939. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw għar-rilokazzjoni ta’ bus shelters? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?
15/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru in konnesjoni mar-rilokazzjoni ta’ bus shelters tħallsu lil Faces Displays Limited.
Seduta 322

04/11/2015



PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ MOĦQRIJA TA’ ANNIMALI
20122. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19271 u jgħid kemm persuni tressqu mill-pulizija quddiem il-qorti fuq moħqrija ta' annimali bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom? X’kienu s-sentenzi mogħtija?
20/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah wkoll li dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż, weħlu pieni skont il-parametri tal-liġi li jinkludu; piena karċerarja, proċediment eżawrit, twiddiba, multa, konfiska, sentenzi sospizi, probation u liberta’ kondizzjonata. Il-każijiet l-oħra għadhom pendenti quddiem il-Qorti. L-eta’ ta’ dawn il-persuni kienet tvarja bejn d-19 u s-87 sena’.
Seduta 322

04/11/2015



PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ TLAJJAR GĦALL-SKOP TA’ PROSTITUZZJONI
20123. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19266 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jgħid f’liema lokalitajiet inqabdu? Jista’ jgħid x’pieni ngħataw?
20/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2008 u Settembru 2015 ġew imressqa quddiem il-Qorti ħames mija w tmienja u tmenin (588) persuna li bejniethom kienu akkuzati 3,518 darba fuq akkuzi ta’ tlajjar għall-iskop ta’ prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, liberta’ kundizzjonata, multi u ċanfir u twiddib. Il-lokalitajiet li dawn inqabdu jitlajjaw kienu l-Gżira, il-Marsa, l-Imsida, ir-Raħal Ġdid, tas-Sliema, f’Ta’ Xbiex u f’Marsalforn, Għawdex. L-etajiet ta’ dawk involuti jvarjaw bejn it-tlettax u l-erbgħa u sittin sena. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 322

04/11/2015



PERSUNI MRESSQA L-QORTI – AKKUŻAT LI GĦEXU MINN QLIEGĦ TA’ PROSTITUZZJONI
20124. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19267 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq akkużi li għexu minn qliegħ ta' prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u x’kienu l-pieni mogħtija ? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?
20/10/2015
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2008 u Settembru 2015 ġew imressqa quddiem il-Qorti, fuq akkużi li għexu minn qligħ ta' prostituzzjoni, erba’ w erbgħin (44) persuna li minnhom ħdax (11) kienu ta’ nazzjonalita’ barranija, din l-informazzjoni tidher f’tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.. Sbatax (17) minnhom ġew misjuba ħatja u weħlu pieni li huma kkontemplati fil-liġi. Dawn ivarjaw minn priġunerija, sentenza sospiża, konfiska, ordni ta’ protezzjoni, probation u multi. Is-sebgħa w għoxrin (27) persuna l-oħra għad għandhom il-każ tagħhom pendenti. L-informazzjoni mitluba hija kif tidher f’tabella ‘B’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 322

04/11/2015



Yüklə 66,8 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə