Il-Ħames Sena malti skola edu mt



Yüklə 7,96 Kb.
tarix11.04.2018
ölçüsü7,96 Kb.
#37982


group 39Il-Ħames Sena


malti.skola.edu.mt

silta

Nirriċiklaw



Aktar ma narmu skart aktar noħolqu tniġġis fl-arja. Fil-fatt illum qed nipproduċu u nużaw għoxrin darba aktar plastik minn ħamsin sena ilu! Għalhekk illum qed nisseparaw l-iskart biex jiġi riċiklat.


Fit-tank l-abjad li fih nitfgħu l-karta nistgħu narmu fuljetti, pitazzi, gazzetti, katalgi, direttorji, kaxxi tal-kartun bħal tas-sapun tal-ħwejjeġ u ċereali, ikel

tal-friża u għaġin. Ma nistgħux narmu ħrieqi, srievet tal-karta, karti tax-xama’ bħal dak tal-ħalib, platti u tazzi tal-karti użati u pakketti tal-meraq tal-frott.


Iżda xi jsir mill-iskart li nitfgħu fit-tankijiet tar-riċiklaġġ? Il-karti jleqqu, gazzetti, karta bajda u kartun qed jiġu esportati barra minn Malta

għar-riċiklaġġ. Karta li ma tkunx tista’ tiġi riċiklata qed tiġi mħallta ma’ skart organiku biex isir il-kompost. Il-kartun oħxon jitqatta’ biċċiet żgħar u jintuża għal taħt l-annimali. Il-karti m’għandniex inqattgħuhom biċċiet żgħar ħafna għax hekk idumu ħafna biex jisseparawhom. Klipps tal-karti, stejpils u plastik għandhom jitneħħew minn mal-karti qabel jintremew. Fuq kollox il-karti jridu jitgħaffġu jew jintwew biex ma jiħdux wisq spazju fit-tank tal-karti.


Fit-tank il-blu li fih narmu l-plastik nistgħu narmu bottijiet jew landi nodfa ta’ materjal tat-tindif, sapun likwidu, deterġenti, tazzi u kontenituri tal-jogurt, marġerina u butir, basktijiet tal-plastik nodfa u għotjien tal-plastik. Ma nistgħux narmu kontenituri maħmuġin bl-ikel, fliexken li għad fihom xi deterġent jew sapun likwidu u affarijiet kbar ħafna tal-plastik. Mill-plastik jagħmlu għamara għall-ġonna, kontenituri bħal qsari u siġġijiet tal-ġonna fost l-oħrajn. Meta narmu l-plastik, dan għandu jkun nadif u għandna ngħaffġu kemm nistgħu l-fliexken tal-plastik meta narmuhom minħabba l-problema tal-ispazju fit-tank tar-riċiklaġġ.
Fit-tank il-kannella li fih narmu l-ħġieġ nistgħu narmu vażetti u fliexken tal-ilma, inbid jew xorb ieħor kif ukoll kontenituri tal-ħġieġ. Ma nistgħux narmu sufri, porċellana, lampi, bozoz, mirja, ħġieġ tat-twieqi u tazzi, ċeramika, lentijiet u termometri. Mill-ħġieġ, isiru kontenituri oħrajn tal-ħġieġ u l-metalli jiġu sseparati.
Fit-tank l-iswed li fih narmu l-metall nistgħu narmu bottijiet tal-aluminju u kontenituri tal-landa nodfa, tappijiet u għotjien tal-metall u bottijiet tal-isprej vojta. Ma nistgħux narmu oġġetti goffi tal-metall, batteriji, fojl użat, landi tal-ikel u taż-żebgħa li mhumiex vojta għal kollox. Fit-tank tal-metall għandhom jintremew biss kontenituri vojta u oġġetti żgħar li għandhom ikunu nodfa.
Minn dan kollu naraw li kollox għandu valur saħansitra l-iskart u għandna naħsbuha darbtejn fejn u kif narmu l-iskart tagħna. B’hekk nieħdu ħsieb aktar tad-dinja ta’ madwarna u ta’ saħħitna, wara kollox.




Yüklə 7,96 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©www.genderi.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə